Pubblikazzjoni tar-rapport tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri dwar l-effiċjenza operattiva tat-tmexxija tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2003 u t-tweġiba tal-BĊE
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ippubblika fuq il-website tiegħu ir-rapport imħejji mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri dwar l-effiċjenza operattiva tat-tmexxija tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2003, flimkien mat-tweġiba tal-BĊE għal dan. Ir-rapport tal-Qorti ġie mħejji skond l-Artikolu 27.2 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Ir-rapport ser jiġi ppubblikat ukoll, flimkien mat-tweġiba tal-BĊE, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u jista’ jinstab fuq il-website tal-BĊE (http://www.ecb.europa.eu) fit-taqsima intitolata “The European Central Bank> Organizzazzjoni” taħt “Governanza korporattiva”.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja