Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jinawgura uffiċjalment il-bini l-ġdid tiegħu

18 ta' Marzu 2015

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel nofsinhar CET tal-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2015

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum inawgura l-bini l-ġdid tiegħu fis-sit tal- Grossmarkthalle – is-sala tal-pitkalija l-qadima ta’ Frankfurt – f’ċerimonja li saret flimkien mal-laqgħat regolari tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali.

“Dan il-bini huwa simbolu ta’ dak kollu li tista’ tikseb l-Ewropa magħquda,” qal il-President tal-BĊE Mario Draghi. “Ħafna nies ħadmu bla heda biex dan il-bini seta’ jsir realtà.” Il-kumpless jiġbor fih bini għoli tal-uffiċċji fejn hemm il-biċċa l-kbira tal-postijiet tax-xogħol, bini tad-daħla li ġie integrat f’dik li kienet is-sala tal-pitkalija u bosta binjiet anċillari oħra. Draghi qal ukoll: “Dan il-bini huwa punt ta’ referenza għall-belt ta’ Frankfurt. Għall-BĊE, din hija dar ġdida impressjonanti minn fejn jista’ jesegwixxi l-mandat tiegħu.”

Wara d-diskors ta’ merħba tal-President, saru diskorsi oħra mid-Deputat Ministru-President tal-Istat ta’ Hesse, Tarek Al-Wazir, u mis-Sindku tal-Belt ta’ Frankfurt am Main, Peter Feldmann. Membri tal-Bord Eżekuttiv, tal-Kunsill Governattiv, tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u tal-Bord Superviżorju tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), kif ukoll l-ex President tal-BĊE Jean-Claude Trichet u l-ex membri tal-Bord Eżekuttiv Jörg Asmussen, Lorenzo Bini-Smaghi, Lucas Papademos u Gertrude Tumpel-Gugerell raw lill-President tal-BĊE jaqta’ ż-żigarella fil- Grossmarkthalle.

Kienu preżenti wkoll għaċ-ċerimonja Wolf Prix, Kap Eżekuttiv ta’ COOP HIMMELB(L)AU, l-uffiċċju tal-arkitetti bbażat fi Vjenna, Salomon Korn, Kap tal-Komunità Lhudija ta’ Frankfurt, Konrad Elsässer, rappreżentant tal-familja Elsaesser, Petra Roth, ex Sindku tal-Belt ta’ Frankfurt kif ukoll Friedrich von Metzler, Ċittadin Onorarju tal-Belt ta’ Frankfurt.

Aktar dettalji dwar il-bini l-ġdid tal-BĊE, kif ukoll id-diskorsi li saru fiċ-ċerimonja, jinsabu fil-websajt tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu/newpremises.

Għal aktar tagħrif, tista’ ċċempel lil Stefan Ruhkamp (+49 69 1344 5057).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja