Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-falsifikazzjoni tal-karti tal-euro tibqa’ baxxa fl-ewwel sitt xhur tal-2017

21 ta’ Lulju 2017
  • 331,000 karta tal-euro falza tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fl-ewwel sitt xhur tal-2017
  • Madwar 85% tal-karti tal-flus foloz kienu tal-€20 u l-€50
  • Il-karti kollha tal-euro jistgħu jiġu ċċekkjati bil-metodu “ħoss, ħares u mejjel”
  • Il-karti tal-euro jibqgħu mezz ta’ ħlas fdat u sigur

Madwar 331,000 karta tal-euro falza tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fl-ewwel sitt xhur tal-2017, tnaqqis imqabbel mat-tieni sitt xhur tal-2016. Għalhekk il-probabbiltà li tirċievi karta tal-flus falza hi minima. L-għadd ta' karti tal-flus foloz jibqa' baxx ħafna meta jitqabbel mal-għadd tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni, li minn meta ġew introdotti, baqa' dejjem jiżdied, b'rati ogħla minn dik tat-tkabbir tal-PDG. Pereżempju, fl-2016, l-għadd u l-valur ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni żdiedu b'madwar 7.0% u 3.9% rispettivament. Bħalissa hemm iżjed minn 20 biljun karta tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, b'valur totali ta' iżjed minn €1.1 triljun.

Hawn taħt jidhru ċ-ċifri għal kull sitt xhur:

Perjodu

2014/1

2014/2

2015/1

2015/2

2016/1

2016/2

2017/1

Għadd ta’ karti tal-flus foloz

331,000

507,000

454,000

445,000

331,000

353,000

331,000

Analiżi skont id-denominazzjoni:

Denominazzjoni

€5

€10

€20

€50

€100

€200

€500

Analiżi perċentwali

1.0%

2.4%

36.9%

47.6%

9.0%

1.6%

1.5%

Matul l-ewwel sitt xhur tal-2017:

  • il-karti tal-€20 u l-€50 baqgħu l-aktar denominazzjonijiet li ġew iffalsifikati. Flimkien, kienu jgħoddu 85% tat-total ta’ karti tal-flus foloz;
  • il-biċċa l-kbira (96.7%) tal-karti tal-flus foloz instabet fil-pajjiżi taż-żona tal-euro. Madwar 2.3% instabu fi Stati Membri tal-UE li mhumiex fiż-żona tal-euro u 1.0% instab f’partijiet oħra tad-dinja.

Iċċekkja l-karti tal-flus tiegħek!

Minn kemm ilha li ħarġet l-ewwel sensiela ta’ karti tal-euro, l-Eurosistema – i.e. il-BĊE u d-19-il bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro – ħeġġet lill-pubbliku joqgħod attent meta jirċievi karti tal-flus. Tista' tiċċekkja l-karti tal-flus teigħek bil-metodu sempliċi “ħoss, ħares u mejjel” imfisser fit-taqsima “L-euro” fil-websajt tal-BĊE u l-websajts tal-banek ċentrali nazzjonali. Jekk tirċievi karta tal-flus li tqajjem suspett, għandek tqabbilha ma’ waħda li tkun taf li hi tajba. Jekk tikkonferma s-suspetti tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-pulizija, jew lill-bank ċentrali ta’ pajjiżek jew lill-bank tiegħek, skont il-prattika nazzjonali. L-Eurosistema tappoġġa lill-aġenziji li jinfurzaw il-liġi fil-ġlieda tagħhom kontra l-falsifikazzjoni.

L-Eurosistema tikkomunika b’diversi modi biex tgħin lin-nies jagħrfu l-karti tal-flus tajbin minn dawk foloz, u biex tgħin lill-kaxxiera professjonali jaċċertaw ruħhom li l-magni li jipproċessaw il-karti tal-flus ikunu kapaċi jidentifikaw b’mod affidabbli l-karti tal-flus foloz u jneħħuhom miċ-ċirkolazzjoni.

L-Eurosistema għandha dmir tissalvagwarda l-integrità tal-karti tal-euro u tkompli ttejjeb it-teknoloġija tal-produzzjoni tal-karti tal-flus. Il-karti tal-flus tas-sensiela Europa huma aktar siguri u jgħinu lill-pubbliku jsaħħaħ il-fiduċja tiegħu fil-munita.

Il-karta l-ġdida tal-€50, bil-karatteristiċi ta’ sigurtà ġodda tagħha, ħarġet fl-4 ta’ April 2017. Il-manifatturi tal-apparat li jipproċessa l-karti tal-flus, u fornituri oħra, se jkomplu jsibu l-għajnuna tal-Eurosistema biex jaġġornaw il-magni u t-tagħmir ta’ verifika tagħhom għall-karta l-ġdida. Jekk l-apparat tagħhom jibqa’ ma jaċċettax din il-karta tal-flus, l-operaturi u s-sidien għandhom jikkuntattjaw lill-fornituri jew lill-manifatturi tagħhom mill-aktar fis.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija Eszter Miltényi-Torstensson +49 69 1344 8034.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja