- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
- 2 ta’ April 2020
Il-BĊE jestendi r-rieżami tal-istrateġija għall-politika monetarja tiegħu sa nofs l-2021
- Avvenimenti li għandhom jiġu posposti b’sitt xhur minħabba l-pandemija tal-koronavirus
- Il-konklużjoni tar-rieżami issa hija mistennija għan-nofs l-2021
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jestendi l-iskeda ta’ żmien għar-rieżami tal-istrateġija tal-politika monetarja tiegħu. Fis-sitwazzjoni attwali, il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-persunal tal-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema qed jiffokaw l-isforzi kollha tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi li toħloq il-pandemija tal-koronavirus. Il-konklużjoni tar-rieżami tal-istrateġija għalhekk se tiġi posposta minn tmiem l-2020 sa nofs l-2021.
Minħabba l-miżuri tas-saħħa li hemm fis-seħħ madwar l-Unjoni Ewropea, inklużi l-lockdowns ta’ spazji pubbliċi u regoli li jipprojbixxu l-laqgħat f’diversi pajjiżi taż-żona tal-euro, l-avvenimenti ta’ smigħ tal-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema – oriġinarjament ippjanati għall-ewwel nofs tal-2020 – huma issa maħsuba li jsiru matul it-tieni nofs tal-2020. Il-Forum dwar il-Bank Ċentrali annwali tal-BĊE f’Sintra ġie pospost għall-10-12 ta’ Novembru 2020.
Il-BĊE jkompli jistieden liċ-ċittadini taż-żona tal-euro biex jissottomettu l-proposti u l-kummenti bil-miktub tagħhom dwar l-istrateġija tal-politika monetarja tal-BĊE, bil-lingwa taż-żona tal-euro tagħhom, permezz tal-Portal il-BĊE Jisma’ apposta onlajn. L-iskadenza għas-sottomissjonijiet tressqet għall-aħħar ta’ Awwissu 2020.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Peter Ehrlich, tel.: +49 69 1344 8320.
Noti:
Mistoqsijiet u tweġibiet fuq ir-rieżami tal-istrateġijaBank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja