Rapport Finanzjarju Konsolidat tal-31 ta' Marzu 2006
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2006, iż-żieda ta’ EUR 17.7 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, wara bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 4.7 biljun għal EUR 155.3 biljun. It-tnaqqis kien ikkawżat prinċipalment mill-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrili ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet, waqt li transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmula mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perijodu hawn ikkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.3 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 94.8 biljun, u dan kien fil-parti l-kbira dovut għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.9 biljun għal EUR 557.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.1 biljun għal EUR 55.3 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 4.3 biljun għal EUR 403.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Marzu 2006, immmaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 298 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 284 biljun. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Marzu 2006, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perijodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 30 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 40 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (ukoll imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 4.2 biljun għal EUR 155.8 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju ta’ flus barranin, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2006 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba rivalutazzjonijiet". Il-prezz tad-deheb u r-rati prinċipali tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 482.485 għal kull uqija fina
USD 1.2104 għal kull EUR
JPY 142.42 għal kull EUR
Drittijiet Speċjali ta’ Kreditu (SDRs): EUR 1.1910 għal kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) evalwazzjonijiet millġdid |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 180,785 | −205 | 17,902 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 144,696 | −2,207 | −4,141 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 12,100 | −94 | −259 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
132,596 | −2,113 | −3,882 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 25,763 | −544 | −573 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,389 | −382 | −13 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 11,389 | −382 | −13 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 404,053 | −3,975 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 284,000 | −14,001 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 120,000 | 9,982 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 53 | 53 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −9 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,914 | 794 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 94,845 | 147 | −617 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 40,570 | 9 | −26 | |
9 | Assi oħra | 159,462 | 2,234 | 2,947 | |
Assi Totali | 1,067,477 | −4,130 | 15,480 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) evalwazzjonijiet millġdid |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 557,150 | 3,891 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 156,118 | −3,808 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 155,762 | −4,153 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 355 | 344 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 1 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 136 | −22 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 63,071 | −3,063 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 55,251 | −3,125 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,820 | 62 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,709 | 874 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 148 | 11 | −10 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 9,178 | −2,460 | −189 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,178 | −2,460 | −189 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,825 | 0 | −95 | |
10 | Passiv ieħor | 66,706 | 517 | 2,450 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 132,437 | 0 | 13,324 | |
12 | Kapitali u riżervi | 61,999 | −70 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,067,477 | −4,130 | 15,480 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja