Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-25 ta' Mejju 2007
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Mejju 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 191 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 146.3 biljun (ara “Kwistjonijiet oħra”).
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal-EUR 94.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 623.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 18.9 biljun għal EUR 60.2 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 14.6 biljun għal EUR 445.6 biljun. Nhar it-Tlieta, 22 ta’ Mejju 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 281 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 295.5 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (ukoll bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 2.4 biljun għal EUR 187.2 biljun.
Kwistjonijiet oħra
Ta’ min jinnota li fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-Eurosistema tat-18 ta’ Mejju 2007 (ippubblikat fit-22 ta’ Mejju 2007) il-klejms kontra residenti taż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija (il-partita nru. 3 ta’ l-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 24,111 miljun, minflok EUR 24,569 miljun, u li l- assi l-oħra (il-partita nru. 9 ta’ l-attiv) kellhom ikunu EUR 231,177 miljun, minflok EUR 230,719 miljun.
B’hekk, il-bidliet attwali ta’ ġimgħa fuq ġimgħa f’dawn il-pożizzjonijiet huma ta’ EUR 895 miljun u EUR 1,362 miljun, rispettivament.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 180,024 | −191 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 142,506 | 220 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,956 | 296 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
132,550 | −76 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 25,006 | 437 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,941 | −157 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 14,941 | −157 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 445,739 | 14,496 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 295,503 | 14,503 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 150,000 | 1 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 235 | −9 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,135 | 353 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 94,505 | 1,081 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,657 | 0 | |
9 | Assi oħra | 232,539 | 1,820 | |
Assi Totali | 1,187,052 | 18,059 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 623,383 | −682 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 187,400 | −2,455 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 187,221 | −2,391 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 178 | −60 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1 | −4 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 201 | 62 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 68,777 | 18,923 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 60,152 | 18,947 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,625 | −24 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,135 | 29 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 155 | −4 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,474 | 685 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 15,474 | 685 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,578 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 72,098 | 1,500 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 125,521 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 68,330 | 1 | |
Total tal-passiv | 1,187,052 | 18,059 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja