Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-12 ta’ Diċembru 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Diċembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 21 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 15.2 biljun għal EUR 374.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment tal-likwidità. Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 75.1 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 57.4 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/USD ta’ USD 0.8 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.8 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 20.3 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 18.9 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/DKK ta’ DKK 27.5 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ DKK 17.6 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-muniti, bejn il-BĊE u d-Danmarks Nationalbank.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 121.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3 biljun għal EUR 743.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.4 biljun għal EUR 112.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 131.3 biljun għal EUR 678.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 339.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 217.9 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien speċjali ta’ EUR 20.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 134.9 biljun. Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 55.9 biljun, bl-istess maturità. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni supplementari oħra ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 38.1 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 159.2 biljun (meta mqabbel ma’ 250.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 121.9 biljun għal EUR 298.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 219,949 | −21 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 156,544 | −5,611 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 12,541 | −1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
144,003 | −5,611 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 238,392 | −10,462 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,476 | −582 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 9,476 | −582 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 837,406 | 39,825 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 218,560 | −121,666 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 616,131 | 160,810 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2,669 | 714 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 45 | −33 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 57,071 | −942 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 121,443 | 483 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,491 | 0 | |
9 | Assi oħra | 376,066 | −5,376 | |
Assi Totali | 2,053,837 | 17,314 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 743,506 | 2,999 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 457,779 | 30,457 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 298,543 | 121,888 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 159,161 | −91,337 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 75 | −94 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,202 | 5,029 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 123,766 | −2,079 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 112,860 | −3,415 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 10,906 | 1,336 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 300,808 | −14,288 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,276 | 1,783 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,138 | −2,651 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 13,138 | −2,651 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,384 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 161,602 | −3,938 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 168,685 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,692 | 3 | |
Total tal-passiv | 2,053,837 | 17,314 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja