Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Frar 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Frar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 6 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħat prattikament kif kienet fil-livell ta’ EUR 315 biljun akkont tat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u ta’ operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Frar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 61.5 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 59.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 0.6 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. It-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 28.5 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 35.3 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal-EUR 281.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 741.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 39.2 biljun għal EUR 80.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 27.3 biljun għal EUR 555.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 214.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 207.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 4.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 180.7 biljun (meta mqabbel ma’ 164.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 5.5 biljun għal EUR 195 biljun.
Kwistjonijiet oħra
Fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema tat-30 ta’ Jannar 2009 (ippubblikat fit-3 ta’ Frar 2009) għandu jiġi nnotat li assi oħra (il-partita nru. 9 tal-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 233,270 miljun, minflok EUR 233,480 miljun, u li l- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) kellhom juru EUR 120,119 miljun, minflok EUR 120,329 miljun.
Il-bidliet attwali minn ġimgħa għal ġimgħa kif jidhru fir-rapport finanzjarju ta’ din il-ġimgħa diġà jinkludu l-bidliet imsemmija hawn fuq.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 218,314 | −6 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 159,697 | 517 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 13,171 | −1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
146,525 | 518 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 170,913 | −301 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,308 | −224 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,308 | −224 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 737,215 | −11,109 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 207,752 | −7,108 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 528,622 | 5 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 795 | −4,041 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 46 | 35 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 30,209 | −3,300 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 281,385 | −1,597 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,389 | −50 | |
9 | Assi oħra | 236,367 | 3,097 | |
Assi Totali | 1,893,796 | −12,973 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 741,932 | 1,669 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 376,271 | 10,664 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 195,000 | −5,534 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 180,691 | 15,756 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 579 | 441 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 603 | 194 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 89,175 | −38,385 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 80,924 | −39,195 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,251 | 810 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 244,507 | 12,304 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 826 | −1,001 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,376 | 1,253 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,376 | 1,253 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,446 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 177,928 | 335 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 176,589 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,144 | −5 | |
Total tal-passiv | 1,893,796 | −12,973 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja