Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta’ Diċembru 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Diċembru 2009, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.6 biljun għal EUR 161.8 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
16 ta’ Diċembru 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 3.7 biljun | CHF 3.3 biljun |
17 ta’ Diċembru 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 9.6 biljun | - |
17 ta’ Diċembru 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 6 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 7.6 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 301.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.1 biljun għal EUR 797.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 26.5 biljun għal EUR 104.6 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 10.7 biljun għal EUR 586.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Diċembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 55.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 52.9 biljun. Nhar il-Ħamis, 17 ta’ Diċembru 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 2.8 biljun, b’maturità ta’ 77 jum, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 2.6 biljun, b’maturità ta’ 105 ijiem. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 96.9 biljun, b’maturità ta’ sena.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 136.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 32.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 10.3 biljun għal EUR 252.8 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 238,147 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 192,094 | 155 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 62,257 | 16 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
129,838 | 139 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 33,260 | −1,682 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,733 | 574 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,733 | 574 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 722,935 | 93,650 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 53,574 | −2,883 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 669,288 | 96,723 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 45 | −193 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 28 | 3 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 24,752 | 323 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 329,221 | 305 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 27,679 | 1,024 | |
7.2 | Titoli oħra | 301,542 | −719 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,183 | −8 | |
9 | Assi oħra | 250,027 | 4,492 | |
Assi Totali | 1,842,352 | 97,810 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 797,502 | 8,150 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 389,312 | 114,645 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 252,825 | 10,261 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 136,477 | 104,385 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 10 | −1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 292 | 41 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 113,295 | −26,511 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 104,571 | −26,538 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,724 | 27 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 47,391 | −1,527 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,310 | −271 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,345 | 307 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,345 | 307 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 50,906 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 165,782 | 2,976 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 192,254 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 72,963 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,842,352 | 97,810 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja