Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-12 ta’ Marzu 2010

16 ta' Marzu 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Marzu 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet kważi l-istess fil-livell ta’ EUR 160.9 biljun.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 297.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 788.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.6 biljun għal EUR 104.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 97.4 biljun għal EUR 562.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Marzu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  80.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 78.4 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 2.8 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 9.3 biljun. Nhar il-Ħamis 11 ta’ Marzu 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjamant fuq żmien itwal ta’ 2.9 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u mmaturat ukoll operazzjoni ta’ rifinanzjamant fuq żmien itwal ta’ 3.69 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 160.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 259.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 41.5 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Marzu 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 98.7 biljun għal EUR 262.7 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Ta' min isemmi li ġew aġġornati xi partiti tar-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema ta' kull ġimgħa tal-5 ta’ Marzu 2010 (ippubblikat fid-9 ta’ Marzu 2010), minħabba li wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema bagħat karta tal-bilanċ riveduta, għalkemm il-bidliet ma kienux ta’ importanza.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 266,919 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 197,208 −301
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 64,297 −68
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,911 −234
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,287 532
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,743 −380
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,743 −380
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 722,849 −2,071
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 78,402 −2,053
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 644,314 −64
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 107 48
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 26 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 27,187 783
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 338,851 2,173
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 41,543 1,917
7.2 Titoli oħra 297,309 256
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,137 0
9 Assi oħra 253,516 −4,351
Assi Totali 1,886,697 −3,614
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 788,133 −239
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 422,963 −763
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 262,649 98,682
2.2 Faċilità ta’ depożitu 160,312 −99,446
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,409 2,010
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 112,946 3,405
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 104,870 3,566
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,076 −161
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 38,847 −965
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,319 −493
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,074 676
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,074 676
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 51,249 0
10 Passiv ieħor 161,579 −7,247
11 Kont tar-rivalutazzjoni 220,213 0
12 Kapitali u riżervi 74,965 0
Total tal-passiv 1,886,697 −3,614
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja