Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-19 ta’ Novembru 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Novembru 2010, iż-żieda ta’ EUR 2 miljuni f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ir-riżultat nett ta’ negozjar fil-qasam tal-muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 177 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
18 ta’ Novembru 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 65 miljun | USD 60 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 317.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 812.8 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 23.5 biljun għal EUR 101.6 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 9.9 biljun għal EUR 421.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Novembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 175 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 186 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Novembru 2010 wkoll, immaturat operazzjoni ta’ rfinar għall-provvediment ta’ likwidità ta’ EUR 12.6 biljun, b’maturità ta 6 ijiem. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 64 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 65 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 672.1 miljun għal EUR 126.8 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 713.3 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u transazzjonijiet li mmaturaw f’ammont ta’ EUR 41.2 miljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Novembru 2010, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 65.8 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 3.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 28.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 20.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 22.8 biljun għal EUR 222.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 334,412 | 2 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 220,299 | 696 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 69,704 | −30 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
150,595 | 726 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,418 | −407 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,708 | 357 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,708 | 357 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 515,548 | −251 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 186,033 | 10,999 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 326,098 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | −12,552 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 3,415 | 1,303 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 28,794 | 529 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 444,025 | 3,334 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 126,773 | 672 | |
7.2 | Titoli oħra | 317,252 | 2,662 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,977 | 0 | |
9 | Assi oħra | 267,207 | 5,148 | |
Assi Totali | 1,888,388 | 9,409 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 812,762 | −1,737 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 316,159 | −13,162 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 222,228 | −22,833 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 28,900 | 8,691 | |
2.3 | Depożiti fissi | 65,000 | 1,000 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 30 | −20 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,023 | 112 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 107,963 | 23,431 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 101,649 | 23,476 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,315 | −44 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 40,992 | 217 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 859 | 39 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,242 | 189 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,242 | 189 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,665 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 164,794 | 321 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 296,740 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,189 | −2 | |
Total tal-passiv | 1,888,388 | 9,409 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja