Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Lulju 2011
Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Lulju 2011 iż-żieda ta’ EUR 12.6 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 176.6 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv u għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 6 biljun għal EUR 350.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.7 biljun għal EUR 849.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 22 biljun għal EUR 71.8 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 55.9 biljun għal EUR 354.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 186.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 141.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 74 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2011 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 129.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 132.2 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 24.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 13.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 134.3 biljun, l-aktar minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Lulju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.2 biljun u EUR 60.1 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 37.2 biljun għal EUR 216.2 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-1 ta’ Lulju 2011 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 1,043.382 kull uqija fina
USD: 1.4453 kull EUR
JPY: 116.25 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu (DSK): EUR 1.1067 kull DSK
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 363,251 | 0 | 12,581 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 216,010 | −632 | −1,055 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,282 | 24 | −622 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
141,728 | −656 | −433 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,257 | −415 | −47 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,499 | −225 | 38 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,499 | −225 | 38 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 455,154 | −42,369 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 141,461 | −45,482 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 313,163 | 2,861 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 504 | 291 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 26 | −39 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 45,165 | 4,214 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 485,011 | 6,610 | −419 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 134,350 | −8 | 236 | |
7.2 | Titoli oħra | 350,661 | 6,618 | −655 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,993 | −470 | −58 | |
9 | Assi oħra | 302,244 | −5,915 | 571 | |
Assi Totali | 1,944,583 | −39,202 | 11,611 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 849,165 | 5,725 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 316,912 | −23,713 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 216,212 | −37,206 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 24,902 | 11,713 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 74,000 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1,798 | 1,780 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,086 | 2,307 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,476 | −21,927 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 71,776 | −21,961 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,701 | 34 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 36,317 | −1,683 | −5 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 890 | −603 | −26 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 9,593 | −296 | −167 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,593 | −296 | −167 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,170 | 0 | −441 | |
10 | Passiv ieħor | 196,838 | 988 | 1,484 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 316,656 | 0 | 10,766 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,479 | 0 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,944,583 | −39,202 | 11,611 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja