Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-22 ta’ Lulju 2011
Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Lulju 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 178.2 biljun minħabba tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 350.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 853.0 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 12.4 biljun għal EUR 79.4 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 21.4 biljun għal EUR 401.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Lulju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 153.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 197.0 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 74 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 32.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 10.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 133.8 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li nfdew titoli mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u l-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Lulju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.0 biljun u EUR 59.9 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 8.1 biljun għal EUR 250.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 363,251 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 218,058 | 619 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 75,894 | 291 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
142,164 | 329 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 24,642 | 1,437 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,273 | 281 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,273 | 281 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 508,610 | 43,454 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 197,070 | 43,474 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 311,509 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −29 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 31 | 10 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 57,280 | 4,848 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 484,458 | −902 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 133,837 | −347 | |
7.2 | Titoli oħra | 350,621 | −555 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,944 | 0 | |
9 | Assi oħra | 295,544 | −871 | |
Assi Totali | 2,006,061 | 48,867 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 853,036 | −382 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 357,857 | 30,227 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 250,540 | 8,141 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 32,167 | 21,913 | |
2.3 | Depożiti fissi | 74,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1,150 | 173 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,448 | 75 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 87,271 | 12,388 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 79,429 | 12,393 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,842 | −4 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 40,392 | 1,525 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,439 | 207 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,921 | 2,036 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,921 | 2,036 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,170 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 200,389 | 2,790 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 316,657 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,480 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,006,061 | 48,867 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja