Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Novembru 2011
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Novembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 193 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
3 ta’ Novembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.5 biljun | USD 0.5 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 336.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 867.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 15.8 biljun għal EUR 51 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 64.2 biljun għal EUR 114.3 biljun. Nhar it-Tlieta 1 ta’ Novembru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 197.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 182.8 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 169.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 173.5 biljun, b’maturità ta’ tmint ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 2.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 288.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 248.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 9.5 biljun għal EUR 242.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri ta’ titoli skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Novembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 183 biljun u EUR 59.2 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 43.4 biljun għal EUR 135.3 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 419,825 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 229,751 | 1,260 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,270 | −136 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
149,481 | 1,396 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 31,845 | −839 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 27,256 | 542 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 27,256 | 542 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 580,036 | −16,407 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 182,773 | −14,665 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 395,996 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,237 | −1,614 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 29 | −127 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 85,528 | 530 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 578,388 | 7,049 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 242,225 | 9,520 | |
7.2 | Titoli oħra | 336,163 | −2,471 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,966 | 0 | |
9 | Assi oħra | 341,958 | 3,046 | |
Assi Totali | 2,328,553 | −4,820 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 867,080 | 3,958 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 600,974 | 4,387 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 135,280 | −43,424 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 288,429 | 40,372 | |
2.3 | Depożiti fissi | 173,500 | 4,000 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 3,766 | 3,439 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,092 | 629 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 58,714 | −16,358 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 50,978 | −15,807 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,736 | −551 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 49,435 | −125 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,657 | −143 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,483 | 97 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,483 | 97 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 214,875 | 2,735 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 383,276 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,481 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,328,553 | −4,820 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja