Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ Settembru 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Settembru 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 212.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
19 ta’ Settembru 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 75 miljun | USD 75 miljun |
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 354.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 916.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 17.5 biljun għal EUR 84.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 17.3 biljun għal EUR 534.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Settembru 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 97.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 96.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 190.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 3.3 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 50.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 71.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 249.8 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Settembru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 190.7 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 43.3 biljun u EUR 15.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 1.3 biljun għal EUR 274.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 319,969 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 250,695 | −321 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 84,659 | 14 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
166,037 | −335 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,654 | −1,081 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 23,136 | 828 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 23,136 | 828 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 775,417 | −4,077 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 96,249 | −922 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 678,922 | −3,335 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 246 | 179 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 76,116 | −981 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 604,043 | −232 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 249,768 | −319 | |
7.2 | Titoli oħra | 354,275 | 87 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,361 | 0 | |
9 | Assi oħra | 246,198 | 2,328 | |
Assi Totali | 2,346,591 | −3,536 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 916,731 | −2,528 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 515,072 | −22,726 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 274,478 | −1,342 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 50,060 | −21,365 | |
2.3 | Depożiti fissi | 190,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 34 | −19 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,053 | −239 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 112,793 | 18,301 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 84,880 | 17,510 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 27,913 | 791 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 134,766 | 2,789 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,578 | −421 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,437 | −1,084 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,437 | −1,084 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,240 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 224,822 | 2,371 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 284,680 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,420 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,346,591 | −3,536 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja