Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ Ġunju 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Ġunju 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) żdiedu b’EUR 1 miljun minħabba x-xiri ta’ muniti tad-deheb.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 209.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
19 ta’ Ġunju 2014 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 50 miljun | - |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 2 biljun għal EUR 359.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 955.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 40.9 biljun għal EUR 130.1 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 56.8 biljun għal EUR 538.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Ġunju 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 136.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 97.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 108.6 biljun f’ depożiti fissi.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 3.7 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi xejn filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 26.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 17.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 209.9 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Ġunju 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 160.6 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 35.1 biljun u EUR 14.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 11.4 biljun għal EUR 211.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 326,479 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 244,415 | −3,069 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,950 | −602 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
163,464 | −2,467 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 25,542 | 2,143 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,404 | −432 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,404 | −432 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 565,019 | −42,598 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 97,887 | −38,879 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 467,126 | −3,714 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 5 | −5 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 62,898 | −916 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 569,373 | −593 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 209,920 | −2,623 | |
7.2 | Titoli oħra | 359,453 | 2,030 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 27,267 | 0 | |
9 | Assi oħra | 240,579 | 1,160 | |
Assi Totali | 2,079,975 | −44,306 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 955,931 | −619 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 237,777 | −88,037 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 211,226 | 11,395 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 26,544 | 9,369 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | −108,650 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 7 | −151 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,014 | 5,352 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 168,296 | 44,151 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 130,087 | 40,873 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 38,209 | 3,278 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 61,649 | −5,456 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,057 | 86 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,192 | −396 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,192 | −396 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,830 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 204,012 | −1,290 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 288,913 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,305 | 1,902 | |
Total tal-passiv | 2,079,975 | −44,306 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja