Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-13 ta’ Frar 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Frar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.7 biljun għal EUR 244.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 377.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 1,005.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 56.0 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 66.6 biljun għal EUR 454.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Frar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 151.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 104.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 9.4 biljun minn operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 45.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 35.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 229.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-13 ta’ Frar 2015 | Differenza mqabbla mas-6 ta’ Frar 2015 – xiri | Differenza mqabbla mas-6 ta’ Frar 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 27.0 biljun | - | EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 12.6 biljun | - | EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 46.0 biljun | EUR 3.0 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 2.9 biljun | EUR 0.2 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 140.9 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 6.8 biljun għal EUR 226.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,867 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 273,815 | 746 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 79,727 | −154 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
194,088 | 901 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 36,692 | 2,459 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,345 | −482 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,345 | −482 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 500,152 | −56,947 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 104,538 | −47,230 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 395,402 | −9,386 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 211 | −306 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −26 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 116,283 | 51,717 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 606,487 | 5,502 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 229,385 | 2,786 | |
7.2 | Titoli oħra | 377,102 | 2,716 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,665 | 0 | |
9 | Assi oħra | 229,818 | −83 | |
Assi Totali | 2,153,125 | 2,913 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,005,592 | 898 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 272,314 | 2,804 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 226,862 | −6,843 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 45,428 | 9,626 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 24 | 21 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,377 | −11 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 91,754 | 3,328 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 55,985 | 749 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 35,769 | 2,579 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 71,459 | −4,445 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,033 | 554 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,632 | 1,959 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,632 | 1,959 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,374 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 214,228 | −2,174 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 330,898 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,464 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,153,125 | 2,913 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja