Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-23 ta’ Diċembru 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Diċembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 nieqsa l-partiti 7, 8 u 9) naqset b’EUR 1.1 biljun għal EUR 277.8 biljun.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 322.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 9.4 biljun għal EUR 1,126.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 35.8 biljun għal EUR 133.1 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 37.9 biljun għal EUR 166.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 36.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 32.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 4.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.7 biljun. Barra dan, EUR 14.2 biljun provduti fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I) ġew rimborżati qabel il-maturità. Barra minn hekk, ġiet konkluża t-tielet offerta ta’ EUR 62.2 biljun b’maturità ta’ 1,456 jum fit-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II).
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 422.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 418.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 15.5 biljun għal EUR 1,659.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-23 ta’ Diċembru 2016 | Differenza mqabbla mas-16 ta’ Diċembru 2016 – xiri | Differenza mqabbla mas-16 ta’ Diċembru 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 12.8 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 6.9 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 204.1 biljun | +EUR 0.4 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 23.0 biljun | +EUR 0.1 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 51.2 biljun | +EUR 0.6 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,259.4 biljun | +EUR 15.1 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 102.0 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 51.2 biljun għal EUR 930.9 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 412,635 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 317,771 | −1,685 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,129 | −374 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 240,642 | −1,311 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 35,535 | −1,329 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 18,273 | 179 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 18,273 | 179 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 589,801 | 42,364 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 32,877 | −3,945 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 556,570 | 46,102 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 353 | 207 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 71,658 | −8,179 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,982,339 | 15,237 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,659,471 | 15,484 | |
7.2 | Titoli oħra | 322,869 | −248 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,437 | 0 | |
9 | Assi oħra | 231,259 | 8,389 | |
Attiv totali | 3,685,708 | 54,976 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,126,737 | 9,368 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,353,785 | 55,685 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 930,862 | 51,197 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 422,873 | 4,463 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 49 | 24 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 8,816 | 3,929 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 238,016 | −33,834 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 133,075 | −35,831 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 104,941 | 1,998 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 145,688 | 18,352 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 6,993 | −129 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,431 | −1,806 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,431 | −1,806 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 58,132 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 219,038 | 3,411 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 418,545 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 99,527 | 0 | |
Passiv totali | 3,685,708 | 54,976 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja