Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Annwali

Ir-Rapport Annwali jiddeskrivi l-kompiti u l-attivitajiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u jirrapporta dwar il-politika monetarja tal-Eurosistema. Ġeneralment jiġi ppubblikat fir-rebbiegħa tas-sena ta’ wara u jiġi ppreżentat minn wieħed mill-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE lill-Parlament Ewropew waqt seduta pubblika.

2023

f'ċifri

2.9% f’Diċembru

L-inflazzjoni fiż-żona tal-euro naqset drastikament, iżda baqgħet għolja wisq.

F’Diċembru 2023, l-inflazzjoni ewlenija fiż-żona tal-euro kienet ta’ 2.9 %, tnaqqis minn 9.2 % f’Diċembru 2022. Xorta kienet għadha ogħla mill-mira ta’ 2 %.

Aktar dwar l-inflazzjoni
+200punt bażi

Il-BĊE żied ulterjorment ir-rati tal-imgħax ewlenin tiegħu

Matul l-2023, il-BĊE żied ir-rati tal-imgħax ewlenin tiegħu b’200 punt bażi oħra, biex b’hekk ir-rata tal-faċilità tad-depożitu telgħet għal 4 %. L-issikkar tal-politika monetarja ġie trażmess bis-saħħa fuq l-ekonomija.

Il-politika monetarja tagħna
25sena

Din is-sena, il-BĊE ċċelebra l-25 anniversarju tiegħu

Fl-2023, il-BĊE ċċelebra l-25 anniversarju tiegħu bil-messaġġ “il-valur tal-unità f’dinja li qed tinbidel”.

Aqra aktar dwar il-Komunikazzjoni u t-trasparenza tal-politika tal-BĊE

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew

Aqra d-diskors li għamel Luis de Guindos lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew meta ppreżenta r-Rapport Annwali.

Aqra d-diskors

Ir-rapport sħiħ

Ħarsa lura lejn dak li għamel il-BĊE kif ukoll il-valutazzjoni tagħna tal-ekonomija għas-sena li għaddiet.

Ara r-Rapport Annwali 2023 kollu

Stqarrija ta’ rispons

Ippubblikata fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni tar-Rapport Annwali 2023 tal-BĊE lill-Parlament Ewropew, din l-istqarrija ta' rispons tipprovdi risponsi għall-kwistjonijiet imqajma u għat-talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport Annwali tas-sena ta’ qabel.

Aqra l-istqarrija kollha

Kontijiet Annwali

Il-Kontijiet Annwali juru l-pożizzjoni finanzjarja tagħna u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħna. Huma parti mir-Rapport Annwali tagħna iżda huma ppubblikati qabel, fi Frar. Agħti ħarsa lejn l-aktar stqarrijiet reċenti u dawk preċedenti.

Kontijiet Annwali
ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Obbligi tar-rappurtar

Il-BĊE huwa istituzzjoni indipendenti li għandha d-diskrezzjoni tuża l-istrumenti tagħha skont il-ħtieġa biex twettaq il-kompiti u biex tissodisfa l-mandat tagħha. Ir-responsabbiltà hija l-kontroparti meħtieġa għal din l-indipendenza.

Responsabbiltà

Webcasts

Il-President tal-BĊE u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jidhru regolarment quddiem il-Parlament Ewropew.

Seduti fil-Parlament Ewropew

Il-paġni kollha f’din it-taqsima