Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Eurosistema tal-21 ta’ Diċembru 2007

27 ta' Diċembru 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Diċembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 769 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tlieta mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 8.1 biljun għal EUR 150.2 biljun minħabba kemm it-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u ta’ l-operazzjonijiet tal-forniment tal-likwidità f’USD imwettqa mill-Eurosistema fir-rigward ta’ l-arranġament reċiproku temporanju dwar il-munita (swap line) bejn il-BĊE u s-Sistema tar-Riżervi Federali.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal-EUR 97.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 16.3 biljun għal EUR 675.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 42.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 13.1 biljun għal EUR 475.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, id-19 ta’ Diċembru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 218.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 348.6 biljun. Nhar il-Ħamis, 20 ta’ Diċembru 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 48.5 biljun. Nhar il-Ġimgħa, il-21 ta’ Diċembru 2007, ġiet regolata operazzjoni ta’ irfinar għall-assorbiment tal-likwidità ta’ EUR 141.6 biljun, imwettqa permezz tal-ġbir ta’ depożiti fissi.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun, li kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 20.6 biljun għal EUR 214.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 184,534 −769
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 137,587 −5,120
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,238 2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
128,349 −5,122
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,720 10,620
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,580 −380
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 13,580 −380
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 617,134 128,465
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 348,608 130,107
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 268,476 −1,528
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 48 −115
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,796 379
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 97,236 −1,115
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,097 0
9 Assi oħra 326,277 2,463
Assi Totali 1,472,961 134,543
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 675,881 16,320
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 355,995 120,978
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 214,185 −20,577
2.2 Faċilità ta’ depożitu 236 13
2.3 Depożiti fissi 141,565 141,565
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 9 −23
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 142 −16
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,857 −8,188
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 42,122 −6,635
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,735 −1,553
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 38,188 6,810
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 888 444
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,843 −3,026
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,843 −3,026
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,398 0
10 Passiv ieħor 129,785 1,217
11 Kont tar-rivalutazzjoni 131,060 0
12 Kapitali u riżervi 68,924 4
Total tal-passiv 1,472,961 134,543
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja