Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Jannar 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Jannar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 22 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 7.9 biljun għal EUR 358.8 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità. Nhar il-Ħamis, 8 ta’ Jannar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 52.4 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, li kellha maturità ta’ 16-il jum, u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 41.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 5.4 biljun, b’maturità ta’ 16-il jum, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 3.3 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. It-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 22.6 biljun b’maturità ta’ tmint ijiem, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 25.2 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
Nhar it-Tnejn, 5 ta’ Jannar 2009, immaturat transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid li pprovdiet likwidità ta’ EUR 0.5 biljun, b’maturità ta’ ħamest ijiem, li affettwat il- klejms denominati f’euro, tar-residenti barra ż-żona tal-euro (il-partita nru. 4 tal-attiv). Din it-transazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-ftehim mal-Magyar Nemzeti Bank biex tipprovdi faċilità ta’ sostenn għall-operazzjonijiet ta’ dan il-bank.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli denominati f’euro, tar-residenti taż-żona tal-euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 280.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 12.6 biljun għal EUR 751.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 90.8 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 55.7 biljun għal EUR 509.8 biljun. Ta’ min jinnota li t-tnaqqis ta’ EUR 6.9 biljun f’ operazzjonijiet ta’ rfinar irriversjati (il-partita 2.4 tal-passiv) jirreferi għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja mmexxija min-Národná banka Slovenska qabel ma ssieħeb mal-Eurosistema.
Nhar it-Tlieta, 6 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 238.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 216.1 biljun. Nhar il-Ħamis, 8 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 25 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 7.6 biljun, bl-istess maturità. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni supplementari oħra ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 9.5 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 315.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 281.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 55.7 biljun għal EUR 157.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 218,392 | −22 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 159,502 | −2,552 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 13,214 | 2 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
146,289 | −2,554 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 218,039 | −7,769 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,517 | 810 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,517 | 810 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 828,533 | −28,977 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 216,830 | −22,762 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 610,161 | −6,763 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,459 | 517 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 84 | 32 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 56,861 | −1,223 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 280,219 | −2,474 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,438 | −30 | |
9 | Assi oħra | 226,063 | −1,075 | |
Assi Totali | 2,045,566 | −43,312 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 751,133 | −12,550 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 475,277 | −29,029 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 157,536 | −55,746 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 315,254 | 33,584 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 2,305 | −6,935 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 182 | 69 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 325 | −15 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 1,003 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 98,652 | 4,847 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 90,770 | 5,420 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,882 | −573 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 282,120 | −4,648 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,793 | −2,670 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,517 | 234 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,517 | 234 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,446 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 170,573 | 1,417 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 176,589 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,140 | −899 | |
Total tal-passiv | 2,045,566 | −43,312 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja