Kulħadd jeħtieġ l-istabbiltà
L-istabbiltà hija ħaġa tagħna.
Taħseb dwar il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) meta tixtri mingħand tal-merċa, tfaddal għal biljett ta’ kunċert jew tiftaħ kont bankarju? Probabbilment le. Lanqas m’għandek bżonn. Fil-BĊE aħna naħdmu għalik wara l-kwinti, sabiex tkun tista’ tiffoka fuq l-affarijiet importanti f’ħajtek.
Allura, x’nagħmlu għalik? Ix-xogħol ewlieni tagħna hu li nistabbilizzaw il-prezzijiet fiż-żona tal-euro. Jekk dan jinstema’ kemxejn astratt, nittamaw li din il-kampanja ta’ informazzjoni turik xi tfisser fil-prattika. Essenzjalment, aħna nagħmluha aktar faċli għalik biex tippjana bil-quddiem, tiffranka u tinvesti fil-futur tiegħek.
Nintroduċu lill-BĊE
Aħna l-bank ċentrali għall-20 pajjiż li jużaw l-euro. Il-kompitu ewlieni tagħna huwa li nistabbilizzaw il-prezzijiet, li jgħin biex jiġi żgurat li flusek iżommu l-valur tagħhom u l-ekonomija ta’ madwarek tikber. Dan huwa mod wieħed kif aħna nipprovdu l-istabbiltà. Ara dan il-video biex issir taf dwar l-oħrajn:
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Is-salvagwardja tal-valur tal-flus iggwadanjati minnek
Meta tħallas għal kafè, tista’ tkun ċert li l-karta tal-€10 jew il-ħlas elettroniku tiegħek se jiġu aċċettati. Id-dħul ta’ kuljum ta’ sid ta’ kafetterija, inkluż il-ħlas tiegħek, se jkun sikur f’kont bankarju taż-żona tal-euro. U meta s-sid jittrasferixxi l-pagi lill-persunal tagħha, il-flus se jimxu mingħajr xkiel.
Qatt tajt ħarsa mill-qrib lejn il-flus fil-but tiegħek?
Aħna responsabbli wkoll għall-karti tal-flus tal-euro, li huma mimlija karatteristiċi tas-sigurtà. Iżda l-euro huwa ferm aktar minn sempliċi mod sikur ta’ kif tħallas. Bħala l-munita komuni tagħna, dan jagħmilha aktar faċli biex tivvjaġġa, tistudja jew taħdem barra mill-pajjiż. Dan jgħaqqadna flimkien u jgħaqqad lin-nies madwar l-Ewropa.
Ewropej jaħdmu għall-Ewropa – jaħdmu għalik!
Il-persunal tal-BĊE jiġi minn madwar l-Ewropa kollha u huwa kburi li jaqdi lil 346 miljun Ewropew li jużaw l-euro kuljum. B’ħidma mill-qrib mal-bank ċentrali ta’ pajjiżek, aħna nistinkaw biex nipprovdu stabbiltà finanzjarja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – nies bħalek u lilna.