Divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima
L-indirizzar tat-tibdil fil-klima jibda billi jkun hemm data affidabbli. Hekk biss nistgħu nkejlu b’mod preċiż l-impatt tagħna fuq il-klima u nifhmu r-riskji li niffaċċjaw. Dan jagħtina bażi biex nieħdu azzjoni sinifikanti u effettiva.
X’tip ta’ informazzjoni niddivulgaw?
Id-divulgazzjonijiet tagħna jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-impronta tal-karbonju u r-riskju tal-klima tal-assi finanzjarji miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro, magħrufa kollettivament bħala l-Eurosistema. Żieda fit-trasparenza tfisser li nistgħu nifhmu aħjar l-impatt fuq il-klima tal-portafolli tagħna, nieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati sew dwar l-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi tagħna u ngħinu lill-oħrajn jifhmu aħjar ir-riskju u l-impatt tal-klima. Fl-2023, il-BĊE u banek ċentrali tal-Eurosistema oħrajn bdew, kollettivament, jippubblikaw skoperturi finanzjarji relatati mal-klima. Dawn l-iskoperturi jiġu aġġornati darba fis-sena.
Maż-żmien, dawn l-iskoperturi se jirriflettu l-isforzi tagħna li niddekarbonizzaw il-portafolli fuq mogħdija li tappoġġa l-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi. Sejrin jgħinuna wkoll nimmonitorjaw il-progress tagħna u ninfurmaw l-aġġustamenti futuri tal-kejl tagħna, jekk ikun meħtieġ.
Xi jkopru dawn id-divulgazzjonijiet
Il-BĊE jippubblika divulgazzjoninjiet għall-assi finanzjarji f’portafolli li l-banek ċentrali tal-Eurosistema jżommu għal skopijiet tal-politika monetarja u għar-riżervi barranin tal-BĊE. Barra minn hekk, il-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema jippubblikaw divulgazzjonijiet għall-portafolli tagħhom ta’ politika mhux monetarja li huma jimmaniġġaw kull wieħed taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess.
Approċċ wieħed armonizzat fiż-żona tal-euro
Id-divulgazzjonijiet kollha jitħejjew f’konformità ma’ qafas komuni ta’ divulgazzjoni minimu komuni tal-Eurosistema bbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Iżvelar Finanzjarju relatat mal-Klima u l-Partnership for Carbon Accounting Financials (Sħubija dwar il-Finanzjament tal-Kontabilità tal-Karbonju)
Lista ta’ divulgazzjonijiet Ewropej hija pprovduta hawn taħt.
Ħarsa ġenerali lejn id-divulgazzjonijiet finanzjarji relatata mal-klima
ARA WKOLL