Informazzjoni u materjali ta’ taħriġ
Kemm jekk inti student jew għalliem li qed ifittex materjali għall-klassi, ġestjonarju professjonali tal-flus kontanti li qed ifittex taħriġ, jew sempliċement xi ħadd b’interess fil-karti tal-flus jew muniti tagħna, din it-taqsima tgħodd għalik. Tinkludi riżorsi stampati, diġitali u online li jgħinuk titgħallem dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro u kif tivverifika l-karatteristiċi ta' sigurtà tagħhom.
U jekk inti professjonista tal-flus kontanti, jista’ jinteressak li tara l-għodda ta’ tagħlim online Għarfien tal-karti tal-flus li tgħinek biex tevalwa l-awtentiċità tal-karti tal-flus tal-euro u li dawn jinsabu fi stat tajjeb.
Pubblikazzjonijiet dwar karti tal-flus u muniti tal-euro
Tista’ tniżżel dawn il-materjali bħala fajls b’riżoluzzjoni baxxa bla ħlas, jew tordna kopji stampati (sakemm iservu l-ħażniet). Għal aktar informazzjoni dwar kif tordna, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-bank ċentrali nazzjonali tiegħek jekk tgħix fiż-żona tal-euro jew lill-Bank Ċentrali Ewropew (banknotesmaterials@ecb.europa.eu) jekk tgħix barra miż-żona tal-euro.
Il-fuljett dwar is-serje Europa (Mejju 2019)
Fuljett għall-ġestjonarji professjonali tal-flus kontanti u lil kull min jixtieq jitgħallem dwar il-karti tal-flus ta’ €5, €10, €20, €50, €100 u €200 fis-serje Europa u l-karatteristiċi ta’ sigurtà tagħhom.
Format: 105 x 210 mm
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Poster tal-karti tal-flus u muniti tal-Euro (Mejju 2019)
Poster b’żewġ naħat li juri l-karti tal-flus tas-sensiela Europa tal-€5, €10, €20, €50, €100 u €200 fuq naħa waħda u l-muniti tal-euro u d-disinji nazzjonali tagħhom fuq in-naħa l-oħra. Din ir-riżorsa hija ideali għall-użu fil-klassijiet, fil-ħwienet jew f’sitwazzjonijiet ta’ taħriġ professjonali.
Format: A2, 420 x 594 mm
Skeda informattiva dwar il-karti tal-flus ġodda ta’ €100 u €200 (Settembru 2018)
Din l-iskeda informattiva fiha tagħrif utli dwar il-karti tal-flus ġodda ta’ €100 u €200 u dwar il-flus kontanti inġenerali. Disponibbli biss onlajn.
Format: A4, 210 x 297 mm
Għodda ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-flus kontanti
Il-kors ta’ Għarfien tal-karti tal-flus huwa mfassal biex jgħin lill-professjonisti tal-flus kontanti jitgħallmu dwar il-karta tal-flus tal-euro u dwar kif jevalwaw l-awtentiċità u tagħhom u li jinsabu fi stat tajjeb. Il-kors ġie żviluppat abbażi ta’ programm ta' taħriġ u l-għodda elettronika ta' tagħlim ipprovduti mill-Banco de Portugal. Jikkonsisti f’erba’ moduli li jkopru:
- il-karatteristiċi tal-karti tal-flus tal-euro,
- l-awtentiċità tal-karti tal-flus tal-euro,
- I-istat tajjeb tal-karti tal-flus tal-euro, u
- l-karti tal-flus tal-euro danneġġati.
Żur il-paġni web tagħna dwar miżuri kontra l-falsifikazzjoni u karatteristiċi ta' sigurtà għal aktar tagħrif dwar kif nikkumbattu l-falsifikazzjoni u x’għandek tagħmel fir-rigward ta’ flus suspettużi.