Slovakkja (mill-1 ta’ Jannar 2009)
Stadji tal-bidla tal-flus
Fit-8 ta' Lulju 2008 il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-applikazzjoni tas-Slovakja sabiex tissieħeb fiż-żona tal-euro fl- 1 ta' Jannar 2009.
Fl-1 ta' Jannar 2009 l-euro sar il-valuta legali fis-Slovakja. Ħa post il-koruna Slovakka (SKK) bir-rata tal-kambju fissa u irrevokabbli ta' €1 = SKK 30.1260.
Id-distribuzzjoni minn qabel (“frontloading”) tal-flus kontanti ta’ l-euro lil partijiet terzi professjonali qabel l-1 ta' Jannar 2009 għenet biex tiżgura bidla tal-flus mingħajr xkiel, ħaffet il-piż loġistiku u naqqset l-ispejjeż taċ-ċirkolazzjoni taż-żewġ muniti fl-istess ħin. Id-distribuzzjoni minn qabel tal-muniti lill-banek bdiet f'Settembru 2008, u d-distribuzzjoni minn qabel tal-karti tal-flus bdiet xahar wara. Ftit minn dawn il-flus kontanti mbagħad għaddew għand il-bejjiegħa bl-imnut u kumpaniji oħrajn ("sub-frontloading"). Id-distribuzzjoni minn qabel tal-karti tal-flus u tal-muniti tal-euro hi regolata bil-Linja Gwida BĊE/2006/9 kif emendata bil- Linja Gwida BĊE/2008/4. Test konsolidat mhux uffiċjali tħejja mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Mis-17 ta' Jannar 2009 karti tal-flus u muniti tal-euro biss jistgħu jintużaw għal pagamenti fi flus kontanti fis-Slovakja, iżda l-banek jibqgħu jsarrfu l-karti tal-flus tal-koruna Slovakka sal-aħħar tal-2009 u l-muniti tal-koruna Slovakka sal-aħħar ta' Ġunju 2009, bir-rata tal-kambju fissa. Mill-20 ta' Jannar 2009 jistgħu jibdew jintalbu xi ħlasijiet mill-banek jekk l-ammont għal kull klijent u tranżazzjoni jaqbeż il-100 karta tal-flus u l-100 munita. Národná banka Slovenska jibqa' jaqleb il-karti tal-flus tal-koruna Slovakka għal perjodu ta' żmien mhux limitat u l-muniti sal-aħħar tal-2013.
Karti tal-flus li jikkwalifikaw għat-tisrif- Novembru 2008
-
Distribuzzjoni minn qabel ("Sub-frontloading") ta' muniti lill-kumpaniji
- Novembru 2008
-
"Sub-frontloading" ta' karti tal-flus lill-kumpaniji
- L-1 ta’ Jannar 2009
-
Konverżjoni tal-kontijiet bankarji u introduzzjoni tal-karti tal-flus u tal-muniti ta’ l-euro
- Is-16 ta’ Jannar 2009
-
L-aħħar jum li fih il-karti tal-flus u l-muniti tal-koruna Slovakka jkunu valuta legali
- sa l-31 ta' Diċembru 2009
-
Bdil tal-karti tal-flus tal-koruna Slovakka mill-banek mingħajr ħlas
- sa l-It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju 2009
-
Bdil tal-muniti tal-koruna Slovakka mill-banek mingħajr ħlas
- Il-31 ta’ Diċembru 2013
-
L-aħħar jum għall-bdil tal-muniti tal-koruna Slovakka min-Národná banka Slovenska
- bla limitu
-
L-aħħar jum għall-bdil tal-karti tal-flus tal-koruna Slovakka min-Národná banka Slovenska