Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Skeda ta’ żmien u progress dwar l-euro diġitali

Il-fażi ta’ tħejjija tal-proġett bdiet f’Novembru 2023 u qed tqiegħed il-pedamenti għall-ħruġ potenzjali tal-euro diġitali. Din tinkludi l-finalizzazzjoni tal-ġabra tar-regoli dwar l-euro diġitali u l-għażla ta’ fornituri li potenzjalment jistgħu jiżviluppaw pjattaforma u infrastruttura għall-euro diġitali. Il-fażi ta’ tħejjija tinvolvi ttestjar u sperimentazzjoni estensivi, kif ukoll skambji regolari mal-pubbliku u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, biex jiġi żgurat li l-euro diġitali jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti u r-rekwiżiti tal-Eurosistema.

Aħna niddokumentaw regolarment il-progress tal-proġett f’rapporti komprensivi.

Progress dwar l-euro diġitali

Fażi ta’ tħejjija — parti 1

Privatezza fid-disinn

Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data huma parti integrali mill-euro diġitali. L-euro diġitali se jiġi ddisinnjat b’miżuri ta’ privatezza mill-aktar avvanzati. Bil-funzjonalità tiegħu li jintuża offline, dan se joffri livell ta’ privatezza qrib il-flus kontanti.

Skopri aktar dwar l-euro diġitali u l-privatezza
Esperjenza ta’ ħlasijiet bla xkiel madwar l-Ewropa

Euro diġitali se jkun l-ewwel mezz ta’ ħlas diġitali pubbliku Ewropew. Dan se jiddependi fuq ġabra ta’ regoli dwar l-euro diġitali: ġabra unika ta’ regoli, standards u proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-ħlasijiet bl-euro diġitali jaħdmu bl-istess mod madwar iż-żona tal-euro kollha.

Aqra aktar dwar il-ġabra ta’ regoli dwar l-euro diġitali
Id-disinn tal-euro diġitali

Qegħdin naħdmu biex niżguraw li l-euro diġitali jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti għall-pagamenti online u offline. Konna qed neżaminaw l-implikazzjonijiet tal-għadd ta’ kontijiet tal-euro diġitali permessi għal kull utent, il-limiti tad-depożiti għal dawn il-kontijiet, l-app tal-euro diġitali u ħafna aspetti oħra.

Aqra dwar il-progress tad-disinn tagħna

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Rapport dwar il-progress

Kif qed isir progress fil-ħidma fuq il-privatezza, il-ġabra tar-regoli u l-għażliet tad-disinn tal-euro diġitali?

Aqra r-rapport dwar il-progress sħiħ

Għall-media

Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor il-progress li sar matul l-ewwel parti tal-fażi ta’ tħejjija mnedija f’Novembru 2023 u jiddeskrivi l-passi li jmiss.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Skeda ta’ żmien tal-proġett tal-euro diġitali

F’Ottubru 2020, il-BĊE ppubblika rapport dwar l-euro diġitali li jeżamina l-ħruġ potenzjali ta’ munita diġitali tal-bank ċentrali — l-euro diġitali — mill-Eurosistema.

Disa’ xhur wara l-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjoni li jniedi l-proġett tal-euro diġitali. Il-fażi ta’ investigazzjoni tal-proġett saret minn Ottubru 2021 sa Ottubru 2023 u kienet tinvolvi l-istudju ta’ għażliet ta’ disinn u mudelli ta’ distribuzzjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati bħal dawk li jfasslu l-politika tal-UE u l-parteċipanti fis-suq. Is-sejbiet iffurmaw il-bażi għad-deċiżjoni li titnieda l-fażi ta’ tħejjija, li bdiet f’Novembru 2023.

Ara u niżżel skeda ta’ żmien ta’ livell għoli għall-proġett

Id-deċiżjoni dwar jekk fl-aħħar mill-aħħar għandux jinħareġ euro diġitali se tiġi kkunsidrata biss fi stadju aktar tard, ladarba l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea jkun tlesta.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima