L-euro
L-euro jqarribna flimkien
Il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro jfakkruk b’mod tanġibbli ta’ kuljum dwar il-libertà, il-konvenjenza u l-opportunitajiet li l-UE tipprovdilek.
Fl-1 ta’ Jannar 1999, 11-il pajjiż tal-UE nedew l-euro bħala l-munita komuni ġdida tagħhom. Għall-bidu l-euro kien munita elettronika. Il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro ddaħħlu tliet snin wara.
Illum, l-euro huwa l-munita ta’ 20-il pajjiż tal-UE u ta’ aktar minn 346 miljun Ewropew. Hija waħda mill-aktar muniti importanti fid-dinja u aħna fil-Bank Ċentrali Ewropew fdati nissalvagwardjaw il-valur tagħha.
L-istrateġija tal-flus kontanti tal-Eurosistema
Biex jiġi żgurat li inti tibqa’ liberu li tagħżel flus kontanti bħala mod kif tħallas, kemm issa kif ukoll fil-futur, ilk-BĊE u l-banek ċentrali taż-żona tal-euro jsegwu ħames għanijiet strateġiċi. L-istrateġija tagħna tiżgura li l-flus kontanti jibqgħu aċċessibbli għal kulħadd u jibqgħu jiġu aċċettati bħala mezz ta’ ħlas kompetittiv u affidabbli u bħala maħżen ta’ valur.
L-għanijiet strateġiċi tagħna għall-flus kontantiGħaliex il-flus kontanti huma importanti?
Għalkemm in-nies qed jużaw aktar ħlasijiet diġitali, il-flus kontanti jibqgħu indispensabbli u għandhom rwol importanti x'jaqdu. Hija l-unika forma ta’ flus li tista’ tkun sid tagħhom u jista’ jużahom direttament kulħadd. Il-flus kontanti jippermettu awtonomija, privatezza u inklużjoni soċjali u huma inqas vulnerabbli għaċ-ċiberkriminalità u l-frodi. U, minħabba li huma flus tal-bank ċentrali, huma protetti kontra l-inadempjenza.
Tgħallem aktar fuq ir-rwol tal-flus kontantiB’saħħitna iktar flimkien
L-euro jagħmlilna ħajjitna aktar faċli billi jagħmilha aktar sempliċi biex naħdmu, ninnegozjaw, nivvjaġġaw, nistudjaw u ngħixu barra minn pajjiżna. Aħna fil-BĊE naħdmu għal futur fejn l-euro jikkontribwixxi saħansitra aktar għall-benessri tiegħek.
President Lagarde: x’jirrappreżenta l-euroL-euro kif jgħin liċ-ċittadini Ewropej jipprattikaw in-negozju?
L-impriżi żgħar u ta’ daqs medju huma s-sinsla tal-ekonomija taż-żona tal-euro. Skopri kif l-imprendituri u sidien ta’ negozji żgħar jibbenefikaw mill-munita unika.
AraKarta tal-flus siguri u durevoli
Ninvestu fir-riċerka dwar teknoloġiji ġodda biex nagħmlu l-karti tal-flus aktar siguri u reżistenti għall-kedd. Bejn l-2013 u l-2019, nedejna t-tieni sensiela ta’ karti tal-flus, is-sensiela Europa, li tinkludi karatteristiċi ta' sigurtà innovattivi.
Esplora l-karatteristiċi tas-sigurtàIs-sensiela Europa issa hija lesta
Il-karti tal-flus il-ġodda ta’ €100 u €200 daħlu fiċ-ċirkolazzjoni f’Mejju 2019. Dawn huma l-aħħar żieda mas-sensiela Europa ta’ karti tal-flus, li huma aktar durevoli u għandhom karatteristiċi ta’ sigurtà ġodda.
Esplora l-karti tal-flus bid-3D
Skopri iktar dwar suġġetti relatati mal-karti tal-flus
Dejta fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-karti tal-flus
Aħna nistudjaw bir-reqqa ċ-ċirkolazzjoni u d-domanda għall-karti tal-flus tal-euro, sabiex dejjem ikollok aċċess għal karti tal-flus tal-euro.
Statistika fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-karti tal-flus u tal-munitiIr-rwol internazzjonali tal-euro
L-euro hija waħda mill-iktar muniti importanti fid-dinja. Inżommu għajnejna fuq u nirrapportaw dwar l-użu tal-euro barra ż-żona tal-euro.
Aqra l-iktar rapport riċenti tagħna