Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • DIKJARAZZJONI TA’ PRIVATEZZA

Stqarrija ta’ privatezza għas-sit web

Il-BĊE hu impenjat li jħares il-privatezza tal-utent. Hu jipproċessa biss data personali tiegħek għall-finijiet deskritti hawn taħt; ma jiżvelahiex għal skopijiet ta’ promozzjoni.

L-informazzjoni personali kollha tiġi pproċessata skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli tal-BĊE dwar is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tat-teknoloġija tal-informatika (IT).

Inti tista’ tbiddel il-preferenza tal-cookies tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tuża l-buttuna ta’ hawn taħt:

X’inhu l-qafas legali tagħna?

Id-data personali kollha tiġi pproċessata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data, jiġifieri f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (“EUDPR”).

Għaliex nipproċessaw data personali?

Data personali tiġi pproċessata sabiex jinżamm monitoraġġ tan-numru ta' żjarat u viżitaturi fid-diversi partijiet tas-sit web, jiġi ġestit it-traffiku tal-viżitaturi u jittejbu l-funzjonalità u l-użabilità. Aħna ma nidentifikawx viżitaturi individwali u nirċievu data aggregata anonimizzata.

Data personali tiġi pproċessata wkoll għal skopijiet ta’ manutenzjoni, prestazzjoni u sigurtà.

X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek?

Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata mill-BĊE peress li inti tajt il-kunsens tiegħek għal dan l-ipproċessar billi aċċettajt il-cookies ta’ dan is-sit web, skont l-Artikolu 5(1)(d) tal-EUDPR, għall-finijiet deskritti hawn fuq. Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tbiddel il-preferenzi tal-cookies billi tuża l-buttuna ta’ hawn fuq. L-ipproċessar kollu tal-informazzjoni personali tiegħek jieqaf ladarba tirtira l-kunsens tiegħek; madankollu, kwalunkwe pproċessar li diġà sar jibqa’ legali. Barra minn hekk, l-ipproċessar tad-data jerġa’ jibda jekk terġa’ tagħti l-kunsens tiegħek fil-futur.

Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek?

Il-BĊE huwa l-kontrollur tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Id-Diviżjoni Disinn u Diġitali u t-Taqsima Komunikazzjoni Strateġika, kemm fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, kif ukoll fit-tim ta’ appoġġ MYRA tal-BĊE fid-Direttorat Ġenerali għas-Sistemi tal-Informazzjoni huma responsabbli għal dan l-ipproċessar.

Min se jkunu r-riċevituri tad-data personali tiegħek?

Ir-riċevituri tad-data personali tiegħek (inklużi entitajiet li għandhom aċċess għal dik id-data personali) huma:

  • Membri tal-persunal tal-BĊE fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni u d-Direttorat Ġenerali għas-Sistemi tal-Informazzjoni;
  • Piano;
  • Myra Security GmbH.

Liema katergoriji ta’ data personali jinġabru?

Cookies

Cookies huma biċċiet żgħar ta' data li jibgħat server ta' sit web lill-brawżer tal-kompjuter tiegħek. Il-brawżer jgħarraf lis-server meta terġa’ żżur dak is-sit web partikolari. Il-cookies jgħinuna naħżnu l-preferenzi, u x-xejriet tal-użu tal-utenti fuq bażi aggregata u ntejbu l-esperjenza tal-utent.

Meta żżur dan is-sit web għall-ewwel darba, tiġi mistoqsi jekk taċċettax l-użu tal-cookies. L-għażla tiegħek tapplika għall-cookies kollha fuq is-sit web. Kull 6 xhur inneħħu l-cookies kollha tal-ewwel parti u nitolbuk biex terġa’ tagħmel l-għażla tiegħek. Aħna nagħmlu dan biex niżguraw li l-preferenzi tiegħek għadhom validi u aġġornati.

Cookies funzjonali

Cookies funzjonali jippermettu li ntejbu l-użabilità u l-prestazzjoni ta' dan is-sit web billi jippermettu li jiftakar għażliet u personalizzazzjonijiet li inti tagħmel matul iż-żjara tiegħek, bħal-lingwa ppreferuta tiegħek. L-għażliet u l-personalizzazzjonijiet tiegħek mhux se jiġu ssejvjati jekk ma taċċettax l-użu tal-cookies.

Cookies ta’ prestazzjoni

Cookies ta’ prestazzjoni jiġbru informazzjoni dwar kif tuża s-sit web tagħna u jgħinuna, pereżempju, nifhmu x'jinteressa lill-utenti tagħna u nkejlu kemm hi effettiva l-komunikazzjoni tagħna. B'dan il-mod, nistgħu nadattaw il-kontenut tas-sit web tagħna b'mod aktar speċifiku għall-ħtiġijiet tal-utenti tagħna u b'hekk intejbu dak li noffrulek, pereżempju billi niżguraw li tista' ssib aktar faċilment dak li qed tfittex. Cookies ta’ prestazzjoni jinkludu dawk użati minn Piano biex tinkiseb statistika dwar l-użu tas-sit web. Id-data tintbagħat lis-servers imħaddma minn Piano (li jinsabu fl-UE) u tintuża biex tipprovdi lill-BĊE bi statistika aggregata dwar l-għadd ta’ żjarat u t-tul tagħhom, ix-xejriet fl-użu, is-sorsi tat-traffiku, id-demografiċi tal-utenti u t-tiftix li jsir fuq dan is-sit web.

Piano għandha l-politiki ta’ privatezza tagħha stess:

Qafas ta’ Privatezza tad-Data UE-Stati Uniti

Piano taħżen biss id-data personali li ġejja, soġġett għall-kunsens tiegħek: identifikaturi onlajn, inklużi identifikaturi tal-cookies, indirizzi tal-protokoll tal-internet (IP) u identifikaturi tal-apparat; identifikaturi tal-klijent. Il-BĊE għażel perjodu ta’ żamma ta’ 14-il xahar fil-Piano. Il-BĊE b'mod awtomatiku ppermetta l-anonimizzazzjoni tal-IP u ddiżattiva l-ID tal-Utent. Iż-żjara/iż-żjarat tiegħek fis-sit web mhux se jiġu ttraċċati jekk ma taċċettax l-użu tal-cookies.

Myra Security GmbH, li hija fornitur tas-sigurtà tal-IT ibbażat fil-Ġermanja, hija responsabbli għall-ipproċessar ta’ kategoriji limitati ta’ data personali (eż. indirizzi IP). Dan huwa meħtieġ għas-sigurtà teknika tas-sit web tagħna.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar il-politika ta’ privatezza ta’ Myra Security GmbH tista’ tinstab fuq is-sit web ta’ Myra Security GmbH.

Cookies ta’ partijiet terzi

Ċerti karatteristiċi ta' partijiet terzi fuq is-sit web tagħna jeħtieġu l-cookies. Pereżempju, video player, mappa jew kontenut tal-midja soċjali inkorporat fuq paġna jista' jħalli cookies. Dawn il-karatteristiċi jiġu ddiżattivati jekk ma taċċettax l-użu tal-cookies.

Informazzjoni ta’ llogjar

Is-servers jirrikordjaw awtomatikament l-informazzjoni li jibgħatlek il-brawżer meta żżur sit web. Dawn ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jinkludu tagħrif bħad-data u l-ħin taż-żjara tiegħek, l-indirizz IP tiegħek, it-tip, il-lingwa u d-daqs tal-iskrin tal-brawżer, u cookie jew iżjed li jidentifikaw il-brawżer tiegħek. Dan it-tip ta’ llogjar jinħażen għal massimu ta' għaxar xhur u mbagħad jitħassar.

Informazzjoni personali mibgħuta permezz tas-sit web jew b’messaġġ elettroniku

Aħna niġbru aktar data personali bil-kunsens tiegħek biss, bħal indirizz elettroniku jekk tixtieq tabbona f'lista postali. L-informazzjoni dwar id-data personali li niġbru permezz ta’ formoli ta’ abbonament u dikjarazzjonijiet ta’ privatezza ddedikati hija disponibbli fuq il-paġni rilevanti tas-sit web.

Id-data personali tiegħek (f’forma ċara jew kriptata) se tiġi pproċessata (eż. trasferita, aċċessata jew maħżuna) f’pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali?

Id-data personali tiegħek tista’ eċċezzjonalment tiġi pproċessata f’pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali abbażi tad-derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 50(1) tal-EUDPR.

Kemm idum iżomm data personali l-BĊE?

Id-data personali tiegħek se tinħażen għal massimu ta’ 14-il xahar qabel ma titħassar.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek?

Inti għandek id-dritt ta’ taċċessa d-data personali tiegħek u li tikkoreġi kwalunkwe data li mhijiex eżatta jew mhijiex kompluta. Għandek ukoll (b'xi limitazzjonijiet) id-dritt li tħassar id-data personali tiegħek u li toġġezzjona għal, jew tirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali tiegħek f’konformità mal-EUDPR. Il-BĊE jista’ jirrestrinġi d-drittijiet tiegħek biex jissalvagwardja l-interessi u l-objettivi msemmija fl-Artikolu 25(1) tal-EUDPR.

Lil min tista’ tikkuntattja f’każ ta’ mistoqsijiet jew rikjesti?

Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lit-tim tal-Analiżi u r-Riċerka tal-Komunikazzjoni Strateġika fuq stcanalytics@ecb.europa.eu

Tista’ wkoll tikkuntattja direttament lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-BĊE fuq dpo@ecb.europa.eu

għall-mistoqsijiet kollha relatati mad-data personali tiegħek.

Biex tikkuntattja l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Jekk inti tal-fehma li d-drittijiet tiegħek skont il-EUDPR inkissru bħala riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek, int għandek id-dritt li tressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin.