content here is the anonymously transparent proxied version of ecb.europa.eu   X
Għażliet għat-Tiftix
Home Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika monetarja L-euro Pagamenti u swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Politika monetarja

L-istabbiltà tal-prezzijiet hija l-aqwa kontribuzzjoni li l-politika monetarja tista’ tagħmel għat-tkabbir ekonomiku

L-għan ewlieni tagħna huwa li l-prezzijiet jinżammu stabbli. Aħna nagħqdu lin-nies li jgħixu fiż-żona tal-euro billi naħdmu biex nippreservaw il-valur tal-euro. F’din it-taqsima tista’ titgħallem dwar l-istrateġija tal-politika tagħna, l-għodod li nużaw u l-impatt li għandhom fuq il-ħajja ta’ kuljum tiegħek.

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

Nieħdu deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja kull sitt ġimgħat – niddeterminaw x’għandu jsir biex tinżamm l-inflazzjoni taħt, iżda qrib it-2%. Dritt wara li jittieħdu d-deċiżjonijiet, il-President u l-Viċi President jispjegawhom fid-dettall f’konferenza stampa.

Konferenzi stampa dwar il-politika monetarja

Reviżjoni tal-istrateġija

Aħna varajna reviżjoni tal-istrateġija f’Jannar 2020. L-għan huwa li niżguraw li l-istrateġija tal-politika monetarja tagħna tkun adatta għall-iskop, kemm illum kif ukoll fil-futur. Aħna qed inħarsu lejn kull aspett tal-istrateġija tagħna fi ħdan il-mandat tal-istabbiltà tal-prezzijiet tagħna. Ir-reviżjoni ser tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa u tieħu approċċ b’moħħ miftuħ.

Reviżjoni tal-istrateġija tal-politika monetarja

L-istrateġija tal-politika monetarja tagħna

Skopri għaliex aħna nimmiraw għal inflazzjoni taħt, iżda qrib, 2% u nitgħallmu aktar dwar ir-riċerka u l-analiżi li nużaw meta nieħdu deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Tagħrif ieħor

Għaliex l-istabbiltà tal-prezzijiet hi daqshekk importanti?

L-istabbiltà tal-prezzijiet hija l-aqwa kontribuzzjoni li tista’ tagħmel il-politika monetarja għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Dan jiżgura li tista’ tkun kunfidenti li flusek ser jiswew l-istess għada kif inhuma llum. Il-prezzijiet stabbli jgħinuk tieħu deċiżjonijiet infurmati tajjeb dwar it-tfaddil, is-self u l-investiment.

Aqra aktar dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet

Għodod u miżuri tal-politika

Il-politika monetarja tagħna tinfluwenza wkoll kemm għandek tħallas biex tissellef u kemm tirċievi mgħax għat-tfaddil tiegħek biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prezzijiet. Skopri kif jaħdmu l-għodod u l-miżuri tagħna.

Aktar informazzjoni fuq l-għodod tagħna

Operazzjonijiet monetarji

Minbarra l-iffissar ta’ rati ta’ mgħax ewlenin, aħna nwettqu operazzjonijiet tas-suq. Tista’ tiċċekkja l-aħħar numri għal dawn l-operazzjonijiet hawnhekk.

Tagħrif ieħor
SKEDA
Kronoloġija ta’ miżuri tal-politika tal-BĊE mill-2008
TRASPARENZA

Tgħallem dwar ir-raġunament li jsostni d-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tagħna

RAPPORTI TAL-POLITIKA MONETARJA

Aħna nippubblikaw rapporti tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet. Dawn id-dokumenti jipprovdu sommarju tad-diskussjonijiet li seħħew.

Rapporti tal-politika monetarja

BULLETTIN EKONOMIKU

Il-Bullettin Ekonomiku jipprovdi ħarsa addizzjonali lejn l-iżviluppi ekonomiċi, finanzjarji u monetarji li jiffurmaw il-bażi għad-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tagħna.

Aqra iktar
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima