Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Prinċipji organizzattivi għall-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

Għall-Eurosistema, b’rispett xieraq lejn il-prinċipju ta’ bażi tad-deċentralizzazzjoni:

Parteċipazzjoni

Il-membri kollha tal-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) se jikkontribwixxu f’livell strateġiku u operattiv għall-għanijiet tagħhom.

Kooperazzjoni

Il-membri kollha tal-Eurosistema u l-MSU se jwettqu l-funzjonijiet kollha tagħhom fi spirtu ta’ kooperazzjoni u ħidma flimkien.

Trasparenza u responsabbiltà

Il-membri kollha tal-Eurosistema u l-MSU se jaġixxu b’mod trasparenti u jkunu responsabbli u jagħtu rendikont sħiħ għall-effikaċja tal-funzjonijiet kollha tagħhom.

Distinzjoni bejn l-attivitajiet Ewropej u nazzjonali

L-attivitajiet Ewropej li jitwettqu mill-banek ċentrali nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti se jkunu identifikati u distinti b’mod ċar minn dawk relatati mar-responsabbiltajiet nazzjonali.

Koeżjoni u għaqda

Filwaqt li tirrispetta l-istatus legali tal-membri tagħha, l-Eurosistema se taġixxi bħala entità koeżiva u magħquda u l-MSU bħala entità koeżiva u koordinata. It-tnejn se jaħdmu bħala tim u jitkellmu b’leħen wieħed, bil-għan li jkunu qrib iċ-ċittadini tal-Ewropa.

Skambju ta’ riżorsi

Il-membri tal-Eurosistema u l-MSU se jħeġġu l-iskambju ta’ persunal, kompetenza u esperjenza.

Effikaċja u effiċjenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet

Il-proċessi kollha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u deliberattivi kemm tal-Eurosistema kif ukoll tal-MSU se jfittxu l-effikaċja u l-effiċjenza. It-teħid ta’ deċiżjonijiet se jiffoka fuq l-analiżi u d-diskussjoni kif ukoll fuq l-espressjoni ta’ varjetà ta’ fehmiet.

Effiċjenza fl-infiq, kejl u metodoloġija

Il-membri tal-Eurosistema u l-MSU se jamministraw ir-riżorsi kollha b’mod prudenti u se jħeġġu soluzzjonijiet effettivi u effiċjenti fl-infiq fl-attivitajiet kollha tagħhom. L-Eurosistema u l-MSU se jiżviluppaw sistemi ta’ kontroll u indikaturi tal-prestazzjoni biex ikejlu t-twettiq tal-funzjonijiet u l-allinjament mal-għanijiet tagħhom.Se jkomplu jitfasslu u jintużaw metodi komparabbli għall-kalkoli u r-rappurtar tal-infiq.

Sfruttar ta’ sinerġiji u evitar ta’ duplikazzjonijiet

Fi ħdan l-Eurosistema u l-MSU se jiġu identifikati u sfruttati sinerġiji potenzjali u ekonomji ta’ skala sakemm ikunu fattibbli, filwaqt li tiġi rrispettata bis-sħiħ is-separazzjoni bejn il-kompiti tal-politika monetarja u dawk superviżorji. Se jiġu evitati d-duplikazzjoni bla bżonn tax-xogħol u r-riżorsi kif ukoll il-koordinament żejjed u ineffiċjenti. Għalhekk se jiġu segwiti b’mod enerġetiku għażliet organizzattivi li jiggarantixxu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-azzjoni f’waqtha, filwaqt li tiġi sfruttata l-esperjenza disponibbli bl-użu intensifikat tar-riżorsi eżistenti. L-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet u l-attivitajiet ta’ sostenn tal-Eurosistema għandha titqies bl-istess kriterji filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti tas-sigurtà.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima