Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Projezzjonijiet makroekonomiċi

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi għandhom l-għan li jbassru u jifhmu l-istat futur tal-ekonomija fuq skala wiesgħa. Dawn jinkludu informazzjoni relatata mat-tkabbir ekonomiku, mal-inflazzjoni, mal-pagi, mal-qgħad u mal-kummerċ.

Il-persunal tal-Eurosistema u tal-BĊE jipproduċu projezzjonijiet makroekonomiċi li jkopru l-prospetti għaż-żona tal-euro u għall-ekonomija globali usa'. Dawn jikkontribwixxu għall-valutazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-iżviluppi ekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet.

Jiġu ppubblikati erba’ darbiet fis-sena (f'Marzu, f’Ġunju, f’Settembru u f’Diċembru).

Settembru 2026
Daqqa t’għajn

Prospetti dwar l-inflazzjoni

L-inflazzjoni mistennija tilħaq il-quċċata tagħha lejn l-aħħar tal-2026 hekk kif il-kunflitt fil-Lvant Nofsani żied il-prezzijiet tal-enerġija. Imbagħad għandha tonqos hekk kif il-prezzijiet tal-komoditajiet tal-enerġija jerġgħu jonqsu, minkejja t-trasferiment għall-inflazzjoni mhux tal-enerġija. L-inflazzjoni annwali hija pproġettata li tkun 3.0 % fl-2026, u tinżel għal 2.1 % fl-2028.

Aktar
Prospetti dwar il-prodott domestiku gross

L-ekonomija taż-żona tal-euro qed turi li hija aktar reżiljenti milli mistenni għax-xokk mill-kunflitt tal-Lvant Nofsani, b’domanda domestika aktar b’saħħitha fost suq tax-xogħol robust, investiment pubbliku u investiment relatat mal-IA. It-tkabbir tal-PDG huwa pproġettat li jkun 0.9 % fl-2026, li jiżdied għal 1.5 % sal-2028.

Aktar

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Rapport sħiħ

Ir-rapport sħiħ fih valutazzjoni dettaljata tal-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-euro.

Aqra r-rapport

Projezzjonijiet reali u tal-passat

Qabbel il-projezzjonijiet storiċi tagħna tal-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. Tista' tniżżel projezzjonijiet tal-passat għaż-żona tal-euro u għall-pajjiżi taż-żona tal-euro.

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi kollha tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima