Sett ta’ għodod tal-politika monetarja adattat għall-iskop
Il-missjoni tagħna hija li niżguraw li l-inflazzjoni – ir-rata li biha jinbidlu l-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi maż-żmien – tibqa’ ta’ 2 % fuq terminu medju. Biex nagħmlu dan, nużaw l-għodod tal-politika monetarja tagħna biex ninfluwenzaw x’jiswa biex nisselfu l-flus.
L-għodda ewlenija tagħna hija s-sett tagħna ta’ rati tal-imgħax ewlenin – imsejħa wkoll “rati ta’ politika”. Lil hinn minn dan, nistgħu nużaw għodod addizzjonali, skont dak li titlob is-sitwazzjoni. Dawn l-għodod jistgħu jew jgħinu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-politika monetarja tagħna jew jiżguraw li s-swieq finanzjarji jaħdmu kif suppost sabiex l-effetti tad-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tagħna jinħassu b'mod ugwali madwar l-ekonomija taż-żona tal-euro. Jekk ikollna bżonn, nistgħu niżviluppaw ukoll strumenti ta’ politika ġodda, filwaqt li dejjem niżguraw li jkun hemm bilanċ tajjeb bejn il-kisba tar-riżultati u ż-żamma ta’ kwalunkwe effett sekondarju għal minimu. Dan kollu jiżgura li aħna dejjem inkunu attrezzati biex nirrispondu għal dinja li qed tinbidel u inċerta.