Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Rati Ċentrali ta' l-Euro u Rati ta' Intervent Obbligatorju fl-ERM II

28 ta' Novembru 2005

Wara d-deċiżjoni meħuda fil-25 ta’ Novembru 2005 (ara l-komunikat uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-istess data) dwar ir-rata ċentrali ta’ l-euro fl-ERM II għall-koruna Slovakka, ġew stabbiliti r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għal din il-munita b’effett mit-28 ta’ Novembru 2005; dawn jidhru fit-tabella hawn taħt.

Sar ftehim komuni dwar ir-rati ta’ l-intervent obbligatorju bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska, skond l-Artikolu 1.2 tal-Ftehim ta’ l-1 ta’ Settembru 1998 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim ta’ mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet stadju ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ĠU C 345, 13.11.1998, p.6), kif l-aħħar emendat bil-Ftehim tas-16 ta’ Settembru 2004 (ĠU C 281, 18.11.2004, p. 3).

Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-krone Daniż, il-kroon Estonjan, il-pound Ċiprijotta, il-lats Latvjan, il-litas Litwan, il-lira Maltija u t-tolar Sloven jibqgħu l-istess.

Rati ċentrali ta’ l-euro u rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-muniti ta’ l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-ERM II, fis-seħħ mit-28 ta’ Novembru 2005
Pajjiż u munita EUR 1 =
Danimarka krone Daniż (DKK) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 7.62824 7.46038 7.29252
Estonja kroon Estonjan (EEK) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 17.9936 15.6466 13.2996
Ċipru pound Ċiprijotta (CYP) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 0.673065 0.585274 0.497483
Latvja lats Latvjan (LVL) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 0.808225 0.702804 0.597383
Litwanja litas Litwan (LVL) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 3.97072 3.45280 2.93488
Malta lira Maltija (MTL) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 0.493695 0.429300 0.364905
Slovenja tolar Sloven (SIT) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 275.586 239.640 203.694
Slovakja koruna Slovakka (SKK) Rata għolja Rata ċentrali Rata baxxa 44.2233 38.4550 32.6868

Tagħrif dwar il-konvenzjonijiet u l-proċeduri għall-ERM II jistgħu jinkisbu (bl-Ingliż) permezz ta’ din il-link tal-Websajt tal-BĊE: http://www.ecb.europa.eu/press/pr/date/2004/html/pr040628_1.en.html.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja