Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Litwanja se tissieħeb fiż-żona tal-euro u l-mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) fl-1 ta’ Jannar 2015

23 ta' Lulju 2014
  • Ir-rata ta’ konverżjoni tal-litas iffissata għal 3.45280 = EUR 1
  • Il-BĊE se jibda jissorvelja l-banek litwani fl-2015
  • Il-banek litwani qegħdin jieħdu sehem fl-evalwazzjoni komprensiva

Illum il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva formalment id-dħul tal-Litwanja fiż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2015 u ffissa r-rata ta’ konverżjoni tal-litas Litwan għal 3.45280 kull 1 euro (daqs ir-rata ċentrali tal-litas fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju ERM II). Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u Lietuvos bankas qablu li jżommu taħt għajnejhom l-iżviluppi tal-litas Litwan mal-euro fis-suq tal-kambju sal-1 ta’ Jannar 2015.

Il-BĊE se jieħu f’idejh is-superviżjoni diretta tal-ikbar banek Litwani f’Jannar 2015 billi l-pajjiż se jissieħeb ukoll fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Skont ma talab Lietuvos bankas, f’Jannar 2014 il-Litwanja bdiet tieħu sehem fl-evalwazzjoni komprensiva tal-karti tal-bilanċ tal-banek flimkien mat-18-il pajjiż taż-żona tal-euro. Dan jolqot lill-ikbar tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Litwanja għal dawk li huma assi: SEB bankas, Swedbank u DNB bankas.

L-evalwazzjoni komprensiva hija verifika bir-reqqa tal-karti tal-bilanċ u tas-saħħa tal-akbar istituzzjonijiet qabel ma l-BĊE jieħu f’idejh il-kompiti superviżorji tiegħu. Ir-riżultati tal-Litwanja se jitħabbru bħala parti mill-informazzjoni dwar il-banek kollha li se toħroġ f’Ottubru 2014.

Noti oħra:

  • Il-ftehim dwar il-monitoraġġ tal-litas jidħol fl-ambitu tal-ERM II. Il-parteċipazzjoni fl-ERM II u l-osservanza tal-marġini normali ta’ varjazzjoni għal tal-anqas l-aħħar sentejn huwa wieħed mill-kriterji ta’ konverġenza li jridu jintlaħqu qabel id-dħul fiż-żona tal-euro.
  • Ir-rata ta’ konverżjoni tal-litas hija ffissata permezz ta’ emenda għar-Regolament (UE) Nru 2866/98 li se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015.

Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ċempel lil Eszter Miltényi-Torstensson (+49 69 1344 8034) jew lil Rolf Benders (+49 69 1344 6925).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja

Is-sit web tagħna juża cookies

Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt.

Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex:

Taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna

Issir taf aktar dwar kif nużaw il-cookies