Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ l-4 ta’ Lulju 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Lulju 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 333 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis- seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.9 biljun għal EUR 166 biljun. Il-bidla kienet ikkawżata prinċipalment mill-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet, bit-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmula mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perijodu hawn ikkunsidrat li rriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.1 biljun. Nhar il-Ħamis, 3 ta’ Lulju 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 25 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 25 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal-EUR 112.6 biljun, bi tnaqqis ta’ EUR 1.8 biljun minħabba r-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.5 biljun għal EUR 683.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 14.5 biljun għal EUR 59.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 53.1 biljun għal EUR 429.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Lulju 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 208 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 154.5 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 47.5 biljun għal EUR 179.1 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Ġunju 2008 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 591.696 għal kull uqija fina
USD: 1.5764 għal kull EUR
JPY: 166.44 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0354 għal kull DSĠ
Rimarka Addizzjonali
Kif ġie nnotat fl-istqarrija għall-istampa bid-data tat-22 ta’ April 2008, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema ma setgħax jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu għar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema bejn id-29 ta’ Frar u l-11 ta’ April 2008. Minħabba n-nuqqas ta’ dejta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema rilevanti, għal xi żmien id-dejta fir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ppubblikat matul dak il-perijodu, u fil-Maħżen tad-Dejta Statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew ma kienitx kompluta. Il-Maħżen tad-Dejta Statistika issa jinkludi dejta kompluta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema in kwistjoni. Għal referenza, il-Maħżen tad-Dejta Statistika jista’ jiġi kkonsultat permezz ta’ din il-link http://sdw.ecb.europa.eu/.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 209,020 | −61 | −272 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 137,606 | 3,942 | −1,606 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,297 | −1 | −48 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
128,309 | 3,943 | −1,558 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 55,267 | −799 | −217 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,130 | 469 | −25 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,130 | 469 | −25 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 429,499 | −53,507 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 154,500 | −53,501 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 274,995 | −9 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 4 | 4 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −1 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 30,886 | −837 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 112,619 | −318 | −1,771 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,461 | −515 | −26 | |
9 | Assi oħra | 377,404 | −941 | −1,334 | |
Assi Totali | 1,404,892 | −52,567 | −5,251 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 683,943 | 6,502 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 179,335 | −47,873 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 179,055 | −47,473 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 271 | −403 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 9 | 3 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 270 | 64 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 66,893 | −14,511 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 59,881 | −14,519 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,012 | 8 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 77,669 | 199 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,765 | −1,222 | −11 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 20,017 | 4,449 | −7 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 20,017 | 4,449 | −7 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,120 | 0 | −28 | |
10 | Passiv ieħor | 145,848 | −171 | −1,338 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 152,364 | 0 | −3,867 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,668 | −4 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,404,892 | −52,567 | −5,251 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja