Consolidated financial statement of the Eurosystem as at 31 December 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, iż-żieda ta’ EUR 33 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3.7 biljun għal EUR 180.1 biljun. Il-bidla kienet dovuta l-iżjed għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Fil-31 ta’ Diċembru 2010, ġiet regolata transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid li pprovdiet likwidità ta’ EUR 1.8 biljun, b’maturità ta’ tliet ijiem, u din affettwat il- klejms kontra residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro (il-partita nru. 4 tal-attiv). Din it-transazzjoni saret mill-BĊE fir-rigward tal-arranġamenti dwar il-likwidità li jeżistu mal-banek ċentrali barra ż-żona tal-euro.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 322.6 biljun, l-iżjed minħabba r-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 839.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 8.1 biljun għal EUR 71.7 biljun.
Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-BĊE ħabbar li l-kapital sottoskritt tiegħu kien se jiżdied b’EUR 5 biljuni, b’seħħ mid-29 ta’ Diċembru 2010. Biex it-trasferiment tal-kapital lill-BĊE jsir bla xkiel, il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kellhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-kapital, li jammontaw għal €3.5 biljun, fi tliet rati annwali ndaqs. L-ewwel rata ta' EUR 1.2 biljun tħallset fid-29 ta’ Diċembru 2010. Dan il-ħlas wassal għal bilanċi fi ħdan l-Eurosistema, iżda billi tali bilanċi dejjem jiġu eliminati permezz tal-proċess tal-konsolidament, fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema, taħt kapital u riżervi (il-partita nru. 12 tal-passiv), ma tidher ebda bidla kkawżata minn din iż-żieda. Madankollu, iż-żieda fil-kapital se tkun riflessa fil-kontijiet annwali tal-BĊE, li se jiġu ppubblikati f’Marzu 2011.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 3.1 biljun għal EUR 381.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Diċembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 193.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 227.9 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 72.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 60.8 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (li jitqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 104.5 biljun (li jitqabbel ma’ EUR 55.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.34 biljun għal EUR 134.8 biljun. Dan minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 0.16 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru ta’ EUR 0.18 biljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74 biljun u EUR 60.9 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.6 biljun għal EUR 212.7 biljun.
Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 1055.418 għal kull uqija fina
USD: 1.3362 għal kull EUR
JPY: 108.65 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1572 għal kull DSĠ
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 367,402 | 0 | 33,018 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 223,995 | −316 | 4,135 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 71,319 | 33 | 1,050 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
152,675 | −349 | 3,085 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 26,941 | 76 | 911 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,592 | 3,577 | −69 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,592 | 3,577 | −69 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 546,747 | 33,620 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 227,865 | 34,395 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 298,217 | 0 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 20,623 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 25 | −779 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 17 | 4 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 45,654 | 3,605 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 457,427 | −10 | −2,113 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 134,829 | 163 | 181 | |
7.2 | Titoli oħra | 322,598 | −173 | −2,294 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,954 | −2 | −13 | |
9 | Assi oħra | 278,719 | 2,548 | −689 | |
Assi Totali | 2,004,432 | 43,098 | 35,179 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 839,702 | −2,593 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 378,008 | 43,308 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 212,739 | 6,616 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 104,458 | 49,087 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 60,784 | −11,716 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 27 | −679 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,808 | 280 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,791 | −7,865 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 71,684 | −8,063 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,107 | 198 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 47,703 | 2,998 | 13 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,995 | 324 | 21 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 14,346 | −370 | 335 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 14,346 | −370 | 335 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,480 | 0 | 815 | |
10 | Passiv ieħor | 175,932 | 7,067 | −792 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 331,524 | 0 | 34,784 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,143 | −50 | 5 | |
Total tal-passiv | 2,004,432 | 43,098 | 35,179 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja