Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-14 ta’ Marzu 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-14 ta’ Marzu 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 24 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, EUR 207.8 biljun, minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 359 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 938.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 18.3 biljun għal EUR 56.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 2.3 biljun għal EUR 449.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Marzu 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 87 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 92.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 175.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 6.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7.5 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 11.4 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 23.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 30.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 228.8 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-14 ta’ Marzu 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 175.7 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 38.3 biljun u EUR 14.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 39.6 biljun għal EUR 226.8 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 303,134 | −24 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 244,460 | 148 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,783 | −10 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
163,677 | 158 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,790 | −77 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,321 | −485 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,321 | −485 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 648,892 | −5,123 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 92,565 | 5,518 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 556,324 | −10,359 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2 | −282 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 76,038 | 3,163 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 587,877 | −157 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 228,835 | −467 | |
7.2 | Titoli oħra | 359,042 | 309 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,237 | 0 | |
9 | Assi oħra | 237,022 | −1,999 | |
Assi Totali | 2,167,771 | −4,553 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 938,126 | 1,123 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 425,795 | 32,241 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 226,755 | 39,642 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 23,495 | −7,444 | |
2.3 | Depożiti fissi | 175,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 45 | 42 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,014 | −174 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 83,432 | −30,442 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 56,367 | −18,283 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 27,065 | −12,159 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 88,133 | −2,465 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,209 | −649 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,487 | 722 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,487 | 722 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,717 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 211,527 | −4,968 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 262,876 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 92,453 | 59 | |
Total tal-passiv | 2,167,771 | −4,553 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja