Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-21 ta’ Novembru 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-21 ta’ Novembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.2 biljun għal EUR 229 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 364.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 975.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 17.2 biljun għal EUR 84.7 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 5.8 biljun għal EUR 476.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Novembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 98.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 102.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 1.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 22 biljun (imqabbel ma’ EUR 25.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 199 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-21 ta’ Novembru 2014 | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Xiri | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 29.4 biljun | - | EUR 0.5 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 13.0 biljun | - | EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 12.7 biljun | EUR 2.2 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 143.9 biljun | - | EUR 0.7 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 11.5 biljun għal EUR 175.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 334,532 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 264,449 | 1,290 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,603 | −203 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
180,846 | 1,493 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 28,064 | 44 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,702 | −2,907 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,702 | −2,907 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 498,964 | 2,243 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 102,587 | 4,167 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 396,240 | −1,950 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 3 | −107 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 133 | 133 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 60,956 | 4,913 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 563,441 | 404 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 198,964 | 916 | |
7.2 | Titoli oħra | 364,477 | −512 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,727 | 0 | |
9 | Assi oħra | 236,330 | −978 | |
Assi Totali | 2,033,165 | 5,008 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 975,135 | −1,767 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 197,579 | −15,109 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 175,536 | −11,505 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 22,023 | −3,604 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 19 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,751 | 230 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 120,757 | 17,391 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 84,684 | 17,212 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 36,072 | 179 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 41,140 | 1,481 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,119 | 4 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,850 | 169 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,850 | 169 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,494 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 219,491 | 2,611 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 315,537 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,313 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,033,165 | 5,008 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja