Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-3 ta’ Ġunju 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Ġunju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 263.6 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
2 ta’ Ġunju 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 800 miljun | - |
Din it-tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 347.0 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4.9 biljun għal EUR 1,081.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 45.0 biljun għal EUR 122.6 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 47.2 biljun għal EUR 155.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Ġunju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 60.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 51.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 347.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 308.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.7 biljun għal EUR 1,152.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-3 ta’ Ġunju 2016 | Differenza mqabbla mas-27 ta’ Mejju 2016 – xiri |
Differenza mqabbla mas-27 ta’ Mejju 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 18.5 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 8.3 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 178.4 biljun | +EUR 1.0 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 19.2 biljun | +EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 817.0 biljun | +EUR 17.6 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 111.0 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 9.0 biljun għal EUR 620.8 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 377,277 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 300,558 | 1,580 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 76,844 | 73 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
223,714 | 1,507 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 30,112 | −322 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,638 | 271 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,638 | 271 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 503,218 | −8,453 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 51,905 | −8,298 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 451,177 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 135 | −156 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 108,269 | 155 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,499,354 | 18,483 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,152,366 | 18,628 | |
7.2 | Titoli oħra | 346,988 | −145 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,979 | 0 | |
9 | Assi oħra | 214,208 | −583 | |
Assi Totali | 3,078,612 | 11,131 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,081,297 | 4,940 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 968,510 | 47,679 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 620,759 | 8,951 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 347,474 | 38,664 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 277 | 64 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,911 | −245 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 223,275 | −39,403 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 122,619 | −44,978 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 100,655 | 5,575 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 56,074 | −2,413 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,243 | 393 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,304 | 562 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,304 | 562 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 57,542 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 203,471 | −404 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 375,994 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 98,993 | 23 | |
Total tal-passiv | 3,078,612 | 11,131 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja