Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-2 ta’ Settembru 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Settembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.0 biljun għal EUR 271.5 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
1 ta’ Settembru 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1,340 miljun | USD 350 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 336.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 1,095.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 53.4 biljun għal EUR 118.2 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) naqas bi EUR 32.7 biljun għal EUR 147.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 31 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 42.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 6.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 5.0 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 378.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 346.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.8 biljun għal EUR 1,365.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-2 ta’ Settembru 2016 | Differenza mqabbla mas-26 ta’ Awwissu 2016 – xiri | Differenza mqabbla mas-26 ta’ Awwissu 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 16.4 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.4 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 190.7 biljun | +EUR 1.6 biljun | -EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 20.1 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 20.5 biljun | +EUR 1.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,001.9 biljun | +EUR 11.1 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 108.4 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 24.0 biljun għal EUR 764.0 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 413,141 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 311,265 | 1,209 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,308 | 64 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 233,957 | 1,145 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 30,527 | −2,092 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,348 | 124 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 17,348 | 124 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 526,527 | −268 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 43,781 | 1,004 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 482,726 | −1,255 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 20 | −16 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 96,285 | 633 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,702,225 | 13,246 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,365,578 | 13,755 | |
7.2 | Titoli oħra | 336,647 | −509 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,477 | 0 | |
9 | Assi oħra | 217,979 | −1,564 | |
Attiv totali | 3,341,775 | 11,288 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,095,501 | 2,417 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,142,962 | 56,500 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 764,033 | 24,034 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 378,878 | 32,452 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 50 | 14 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 4,147 | −4 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 216,992 | −53,184 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 118,152 | −53,426 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 98,840 | 242 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 85,572 | 4,336 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,237 | 164 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 8,591 | −31 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,591 | −31 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 58,486 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 204,530 | 1,091 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 420,923 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 100,835 | 0 | |
Passiv totali | 3,341,775 | 11,288 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja