Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-4 ta’ Novembru 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Novembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet l-istess, jiġifieri EUR 274.4 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
3 ta’ Novembru 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.0 biljun | USD 1.0 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 325.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 1,102.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 49.9 biljun għal EUR 136.3 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 74.4 biljun għal EUR 89.5 biljun. Nhar it-Tlieta 1 ta’ Novembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 36.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 32.7 biljun b’maturità ta’ tmint ijiem.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 455.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 384.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.5 biljun għal EUR 1,531.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fl-4 ta’ Novembru 2016 | Differenza mqabbla mat-28 ta’ Ottubru 2016 – xiri |
Differenza mqabbla mat-28 ta’ Ottubru 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 13.8 biljun | - | -EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.0 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 198.7 biljun | +EUR 1.2 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 21.3 biljun | +EUR 0.1 biljun | -EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 40.4 biljun | +EUR 2.5 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,148.3 biljun | +EUR 17.1 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 102.0 biljun | - | -EUR 1.7 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 11.7 biljun għal EUR 801.1 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 412,634 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 312,850 | 1,383 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 78,166 | −168 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 234,685 | 1,550 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 36,127 | −21 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,567 | −374 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 17,567 | −374 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 545,147 | −3,151 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 32,728 | −3,299 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 512,214 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 206 | 148 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 91,828 | −2,119 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,856,570 | 16,140 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,531,423 | 18,466 | |
7.2 | Titoli oħra | 325,147 | −2,325 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,439 | 0 | |
9 | Assi oħra | 219,292 | −804 | |
Attiv totali | 3,518,455 | 11,053 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,102,489 | 2,208 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,256,720 | 59,484 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 801,122 | −11,717 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 455,571 | 71,206 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 27 | −5 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 3,546 | 142 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 241,571 | −48,884 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 136,254 | −49,929 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 105,317 | 1,045 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 103,820 | −4,405 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 4,000 | −1,493 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 12,486 | 2,831 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,486 | 2,831 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 58,132 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 216,308 | 1,171 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 418,545 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 100,836 | 0 | |
Passiv totali | 3,518,455 | 11,053 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja