Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Ottubru 2024
X’inhuma l-punti ewlenin?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Naqqasna r-rata tal-imgħax uffiċjali b’0.25 punt perċentwali
Nistgħu nagħmlu dan għaliex l-inflazzjoni qiegħda tonqos aktar malajr milli kien mistenni lejn il-mira tagħna ta’ 2% u l-ekonomija hija wkoll aktar dgħajfa. Id-deċiżjonijiet futuri tagħna se jiddependu fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
L-ekonomija sejra agħar milli huwa mistenni.
Il-manifattura u l-esportazzjonijiet huma dgħajfin. In-negozji mhumiex jinvestu wisq. Imma s-servizzi marru daqxejn aħjar, bis-saħħa ta’ staġun tajjeb tat-turiżmu fis-sajf.
In-nies qegħdin ifaddlu aktar minn flushom milli jonfquhom.
Għalkemm ħafna nies għandhom aktar flus x’jonfqu, qegħdin jippreferu jwarrbuhom, aktar milli kienu qabel il-pandemija.
L-inflazzjoni hija l-aktar baxxa fi snin.
Il-prezzijiet tal-enerġija, b’mod speċjali, niżlu ħafna. L-inflazzjoni aktarx li tiżdied fix-xhur li ġejjin imma hija mistennija li tmur lura għall-mira tagħna ta’ 2% fl-2025.
Ħafna nies għandhom xogħol.
Il-qgħad jibqa’ l-aktar baxx li qatt kien sa mill-bidu tal-euro. Imma n-negozji qegħdin joħorġu anqas riklami għal impjiegi. Il-pagi għadhom jiżdiedu b’rata pjuttost qawwija.
In-negozji qegħdin jitolbu aktar self.
In-nies ukoll qegħdin iħossuhom aktar imħeġġa li japplikaw għal self għax-xiri ta’ djar minħabba rati tal-imgħax aktar baxxi u prospetti aħjar fis-suq tad-djar.
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja