Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Regoli dwar l-akkwist tal-karti tal- flus euro fiż-żmien li ġej

22 ta' Ottubru 2004

Il-Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) BĊE/2004/18 tas-16 ta’ Settembru, 2004, dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro ġiet ippubblikata fil-21 ta’ Ottubru, 2004, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Skond il-prinċipju ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni ħielsa, fejn tiffavorixxi l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, il-Linja ta’ Gwida tistabbilixxi proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta’ l-Eurosistema għall-produzzjoni tal-karti tal-flus euro. Din l-istrateġija komuni se tapplika wara perjodu tranżitorju, b’hekk tagħti cans lill-BĊNi u lill-istamperiji biex jippreparaw b’mod adegwat. Id-data preċiża tal-bidu tal-perjodu tranżitorju tiddependi min-numru kritiku ta’ BĊNi li jaqblu li jipparteċipaw fil-proċedura wadanija ta’ sejħa għall-offerti ta’ l-Eurosistema, u se tkun deċiża mill-Kunsill Governattiv.

Il-proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta’ l-Eurosistema tirrikonoxxi li l-ħruġ tal-karti tal-flus ewro hija biċċa xogħol pubblika fdata b’mod ċar lill-Eurosistema. Il-karti tal-flus ewro huma prodotti sensittivi w innovattivi ħafna. Għalhekk, il-proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta’ l-Eurosistema hija ddisinjata biex tiżgura li l-karti tal-flus ewro jinħadmu b’mod protett, ikkontrollat u kunfidenzjali li jiggarantixxi provvista ta’ min jorbot fuqha, ta’ kwalita għolja u sostnuta.

Barra minn dan, il-proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta’ l-Eurosistema ġiet żviluppata skond il-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE. B’mod partikolari, hija tiżgura l-istess trattament ta’ l-istamperiji kollha li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fil-proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta’ l-Eurosistema, kif ukoll it-trasparenza u l-effiċjenza. Tirrispetta wkoll il-prinċipju tad-diċentralizzazzjoni.

Il-proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta’ l-Eurosistema tikkonsisti f’sett waħdani ta’ regoli ta’ sejħa għall-offerti u proċeduri, li se japplikaw għall-ħtieġa totali tal-karti tal-flus ta’ l-Eurosistema. Il-BĊNi bi stamperiji ta’ ġewwa jew dawk li jużaw stamperiji pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li ma jipparteċipawx fil-proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta’ l-Eurosistema, u b’hekk ikomplu jipproduċu l-karti tal-flus euro allokati lilhom f’dawk l-istamperiji.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja