L-ibbilanċjar tal-isfidi politiċi b’żewġ dimensjonijiet
Fid-dinja tagħna li qed tinbidel u li hija aktar inċerta, hemm irjieħ qawwija li jheddu li jgħollu u jnaqqsu l-prezzijiet aktar ta’ spiss u b’aktar forza. Il-politika monetarja tagħna trid tiżgura li l-inflazzjoni ma titbiegħedx mill-mira tagħna ta' 2% għal żmien twil wisq. Huwa importanti li dan jiġi evitat sabiex jiġi żgurat li n-nies u n-negozji jaraw il-mira tal-inflazzjoni tagħna bħala ankra li jistgħu jafdaw. Għalhekk, anke jekk l-inflazzjoni titbiegħed mill-mira tagħna temporanjament, dawn jistgħu jserrħu fuqna biex inwasslu prezzijiet stabbli fuq terminu medju.
Biex jikseb dan, il-BĊE għandu jkun qawwi jew persistenti fl-azzjonijiet tiegħu, irrispettivament minn jekk l-inflazzjoni hijiex għolja wisq, jew baxxa wisq. Hemm riskji miż-żewġ naħat. Jeħtieġ li nimxu b’dan il-mod, dejjem iffukati b’mod ċar fuq il-mira tagħna.